Għaddas ruħek fl-ewwel mużew dgħajsa fid-dinja, issa fil-Belt Valletta
Il-mużew f’dgħajsa se jieqaf fi 15-il pajjiż u 20 port mill-2024 sal-2026
Lesti ruħek għall-Festival Art Explora! Dan il-proġett uniku se jkun qed iġib l-ewwel mużew dgħajsa tad-dinja, fil-Mediterran. Il-mużew, f’dgħajsa, se jieqaf fi 15-il pajjiż u 20 port mill-2024 sal-2026.
Iddisinjat mill-periti Axel de Beaufort u Guillaume Verdier, il-mużew dgħajsa hu twil 46.5 metru u għoli 55 metru.
Dan il-kapolavur se jospita sa 2,000 ruħ kuljum. Jinkludi fih wirja esklussiva bil-kollaborazzjoni tal-Mużew tal-Louvre, filwaqt li jesplora r-rwol u r-rappreżentazzjoni ta’ figuri femminili fiċ-ċiviltajiet tal-Mediterran.
Akkumpanjat minn Spazju Kreattiv u kkurat minn Daniel Azzopardi, lesti ruħek ukoll għal żona mal-moll mimlija avvenimenti kulturali.
Il-programm jinkludi xeni ta’ arti lokali u internazzjonali, u f’diskussjonijiet jindirizza wkoll suġġetti rilevanti għar-reġjun tal-Mediterran.
Ikseb il-biljetti tiegħek b’xejn mis-sit ta’ Spazju Kreattiv.
Dan il-proġett qed jittella’ minn Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Art Explora Foundation u kofinanzjat minn Creative Europe. Bi sħab mal-Valletta Cruise Port, Valletta Waterfront, MaltaDaily, BayEasyMalta, Tokis, Cowfish & eCabs Malta.