
Il-Mixegħla fil-Fgura – 10,000 xemgħa u fjakkoli fil-lejla ta’ Ħamis ix-Xirka
Mixegħla kbira ta’ xemgħat u rappreżentazzjoni ħajja fil-Fgura Illejla fis-7:30pm waqt il-Viżti tas-Sagrament

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura permezz tas-Sezzjoni Kulturali u mal-Kummissjoni Festa Esterna se jkunu qegħdin jorganizzaw mixegħla kbira ta’ xemgħat li testendi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja sat-triq prinċipali u Triq il-Karmelitani.
Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-mixegħla se tkun parti wkoll minn tentattiv ta' rekord nazzjonali ta' xemgħat armati
Fit-8:00pm, fil-maħżen tal-armar ta’ Triq il-Karmelitani, se ssir ir- rappreżentazzjoni ħajja bl-isem, ‘Maħfra’.
Din se tittella’ kull nofsiegħa u d-dħul huwa b’xejn.
More in Arti