Wirja tal-arti bla ħlas tiftaħ fil-Mosta

Il-wirja se tkun qed tittella’ bejn it-22 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju fir-Razzett tal-Markiż 

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti din il-ġimgħa tiftaħ il-bibien għal wirja ta’ arti mżewqa minn Joseph Baldacchino u Maria Briffa Bell.

Il-wirja se tkun qed tittella’ bejn it-22 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone ta’ 27 Triq Wied il-Għasel, il-Mosta, maġenb l-iskola Sekondarja, Kulleġġ Maria Reġina magħrufa aħjar bħala Lily of the Valley.

Din l-attività għandha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja Lily of the Valley fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta.

Il-ħinijiet tal-wirja huma; mit-Tnejn sal-Ħadd mis-6pm sat-8pm. Is-Sibt u l-Ħadd miftuħa wkoll mill-10am sa 12pm.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda għal aktar informazzjoni wieħed hu mitlub jidħol fil-paġna ta’ Facebook; Razzett tal-Markiż – Cultural Centre.

More in Arti