FIGURES UNBOUND: Wirja ta' Alfred Buttigieg fl-Imqabba
L-arti espressiva ta’ Alfred Buttigieg ’Figures Unbound’ se tiġi esebita f’wirja li tiftaħ nhar il-Ġimgħa, 9 t’ Awwissu mis-7:30pm 'il quddiem, fl-Imqabba
L-arti espressiva ta’ Alfred Buttigieg ’Figures Unbound’ se tiġi esebita f’wirja li tiftaħ nhar il-Ġimgħa, 9 t’ Awwissu mis-7:30pm 'il quddiem.
Din il-wirja, ikkurata minn Melanie Erixon, se tittella’ ġewwa l-Kamra ta’ Fuq ġewwa l-Imqabba, u tibqa’ għaddejja sal-1 ta’ Settembru 2024.
Buttigieg jippreżenta kemm interpretazzjonijiet realistici kif ukoll espressjonisti tal-figura umana. Il-burdata jew emozzjoni tal-figuri huma tramessi mhux permezz tal-wiċċ, imma permezz ta’ kontorsjonijiet tal-ġisem, id-dirgħajn u s-sider mżerżqin, u l-pożizzjoni tal-ġisem u r-ras. Il-passat teatrali ta’ Buttigieg jista’ jkun li nfluwenza l-espressività ta’ dawn il-figuri.
Xi xogħlijiet jirrappreżentaw l-kundizzjoni umana, filwaqt li oħrajn ifakkru f’figuri mitoloġiċi bħal Atlas u Sisyphus. Hemm ukoll biċċiet ta’ arti li jagħtu sens ta’ esperjenza surreali simili għal Hall of Mirrors. Barra minn hekk, il-wirja tinkludi figuri realistiċi li jarmu kunfidenza, b’manjieri imponenti li tfakkar fir-rendizzjonijiet preistoriċi Maltin tal-ġisem.
Il-wirja hija appoġġjata minn Fish and Fish, Best Print Malta, Beati Paoli Restaurant, InterVisions Ltd, inkontru.app, MEEC Ltd., Andre Gialanze, u New Life Bar - Mqabba.
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sas-Sibt: 6am - nofsinhar
Il-Ħdud: 7am - nofsinhar
Ħinijiet filgħaxija jitħabbru kull ġimgħa fuq il-paġna tal-Facebook ta’ ‘il-Kamra ta’ Fuq’.