L-Oroskopju mill-Ħadd 30 ta’ Ġunju sas-Sibt 6 ta’ Lulju
X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Aquarius ser jagħmlek tħossok tikkumbatti iżda m’intix tasal fejn tixtieq. Taqtax qalbek. Xi kultant ma tarax il-frott li tixtieq mill-ewwel imma jekk tagħraf iżżomm ma’ dak li tixtirq twettaq ibqa’ żgur li finalment tasal u tagħraf is-sodisfazzjon personali. Għalhekk agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 4 u 5
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Pisces ser jagħmlek trattab xi deċiżjonijiet dwar xi sitwazzjoni fil-madwar tiegħek li minħabba f’hekk jistgħu joħolqu xi problemi imma dan wara li tagħraf kemm kien utli li kien imwettaq hekk kif se tagħraf li xi kultant fil-ħajja trid tkun ftit iebes sabiex il-ġid ta’ madwarek ikompli jitkattar. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:1, 2, 3 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Aries huwa mument li se jiftaħlek ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin. Għalhekk għandek tagħraf tieħu dak li ġej b’ċerta għaqal imma dejjem żomm saqajk mal-art sabiex dak kollu li jkun riesaq ikun verament dak li tixtieq int. Għalhekk agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 4 u 5
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Taurus ser iġib xi ostakli. Għalhekk agħraf sabiex tibqa’ tissielet u tikkumbatt għax dan huwa meħtieġ sabiex il-pjan ta’ dik il-bidla li tant għandek bżonn jitwettaq fiż-żmien qarib. Iżda żomm il-ħeġġa u d-determinazzjoni li tant għandek bżonn. Għalhekk emmen aktar fik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Pieces
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Gemini ser ikun ta’ eċitament minħabba opportunitajiet li tant ħdimt għalihom u issa se tistenna bil-ħerqa r-riżultat li ser joħroġ li żgur ser jiftaħlek ħafna toroq ġodda madwarek u b’hekk tibda bil-pjanijiet tiegħek li żgur ser ikunu ta’ ħtieġa ta’ aktar konċentrazzjoni. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 5
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aries
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Cancer ser ikun mument li jpoġġik f’sitwazzjoni ta’ inċertazzjoni u ma tafx x’se taqbad tagħmel. Il-biża’ li tħoss ġewwa fik trid iddawwarha f’kuraġġ sabiex ma tippermettix dan il-perjodu skomdu jegħlbek imma agħraf il-kapaċità tiegħek. B’hekk int tkun tista’ tikkumbattih. Agħraf u rrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 3 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Aquarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Leo jfisser żmien aktar pożittiv riesaq lejk. Agħraf imma kun kawt għal dak kollu li riesaq lejk. Hu importanti li tieqaf ftit u tirrifletti kemm dak li hemm u kemm dak li ġej sabiex in-nuqqasijiet li stajt wettaq ma jiġux repetuti. Aħtaf kull opportunità li tersaq lejk. Irrifletti sew dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Virgo huwa żmien ta’ opportunità li jekk tagħraf tilqagħha tajjeb u bil-għaqal taf titftaħlek orizzonti u ideat ġodda ta’ tkabbir madwarek li int qatt ma kont timmaġina imma dan kollu jseħħ madwarek jekk tagħraf tħaddan dak li ġej. Agħraf li dan jaf ikun dak il-mument li tant ilek tħejji għalih. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 1, 3 u 4
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Libra ser iwasslek sabiex turi kemm int persuna ta’ kapaċità f’dak kollu li int għandek madwarek u hekk int se tibda tħossok aktar int. Għalissa jekk hemm xi ħsieb ta’ xi tibdil fil-madwar ma għandekx tgħaġġel għal dan imma aħseb sew dwar dak li se tkun qed twettaq miexi lejn orizzonti ġodda. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 5 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Taurus
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Scorpio se jibda jagħmlek tħossok aktar sodisfatt kemm fil-karriera tiegħek u kemm fil-pjanijiet li int qed tħejji għax-xhur li ġejjin. Dan huwa perjodu feliċi u għalhekk int kompli kattar dak li tħoss ġewwa fik. Agħraf biss li int tkun aktar miftuħ għal dawk ta’ madwarek. Irrifletti sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 3 u 5
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Leo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Sagittarius ser jagħmlek tagħraf aktar lilek. Iffoka għal dak biss li int trid u vera taf li huwa idealment tajjeb għalik. Tafdax nies li fil-passat tradewk għalhekk issa żomm aktar sod f’dak li int se twettaq. Taqtax qalbek jekk xi kultant tħossok waħdek l-importati li taf fejn int sejjer. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 3 u 6
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Capricorn ser jagħmlek tagħraf aktar dawk dawk il-bżonnijiet li hemm bżonn jibdew jitwettqu sabiex minn issa int tagħraf dak l-iżilupp tant meħtieġ madwarek. Għalhekk issa int tista’ trid tiftaħ aktar moħħok u tagħraf dan it-twettiq jibda jitwettaq. Ħares biss ’il quddiem għandek żmien ta fejda riesaq. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 30, 2, 3 u 5
L-istilla li tħossok rilass magħha ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom