L-Oroskopju mill-Ħadd 14 ta' Lulju sas-Sibt 20 ta' Lulju
X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku għal Aquarius f’dan il-qamar kwinta, se joffrilek opportunità sabiex f’kull sitwazzjoni li f’dawn il-ġimgħat se tiltaqa’ magħhom, tkun aspirata aktar u temmen fik innifsek aktar. Int kontra kollox trid tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Din hija l-fażi għalik sabiex tagħraf aktar tikkontrolla lilek innifsek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella, blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 18 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku għal Pisces f’dan il-qamar kwinta ser jagħmlek toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma tantx kont tagħtih importanza. Trid tagħraf li qiegħed f’fażi ta’ ċertu tibdil u minħabba f’hekk trid toqgħod ftit aktar attent kif iġġib ruħek mal-oħrajn. Aħjar tkun aktar imħejji sabiex tkun tista’ tissaħħaħ f’dak li għaddej madwarek,
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku għal Aries f’dan il-qamar kwinta, ser ikun ifisser għalik li trid trattab xi deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu, għaliex taħt dan iż-żodijaku aktar minn qabel, l-ebusija ta’ ġo fik taf tkun effettiva. Dan jaf ikun ta’ xkiel mill-att ta’ karriera wisq aktar jekk għandek relazzjoni. Agħraf rattab ftit.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom.
Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku għal Taurus f’dan il-qamar kwinta ser ifisser xi ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf timxi b’moħħok aktar milli b’qalbek. Sabiex int tkun tista’ timxi fuq dak li taħseb bl-għaqal tal-moħħ u jekk jirnexxilek tagħmel dan se tagħraf kemm għandek kapaċità. Agħraf kun fiduċjuż fik innifsek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjonitagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku għal Gemini f’dan il-qamar kwinta huwa dak il-waqt li se jinfetħulek ħafna toroq ta’ opportunitajiet fil-karriera tiegħek. Però bħalissa l-aktar li qed tispikka hija d-deċiżjoni dwar bidla personali li qiegħda tħassbek xi ftit. Taqtax qalbek, wettaq din il-bidla meħtieġa sabiex b’hekk tkompli tibrilla. Emmen fik innifsek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 18 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku għal Cancer f’dan il-qamar kwinta ser ifisser li se tiċċaqlak aktar lejn stabbilita ta’ dak li int ilek tant tiffoka fuqu. Issa se tkun iffokat iżjed fuq il-madwar tiegħek mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però agħraf żomm bilanċ.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius
Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku għal Leo f’dan il-qamar kwinta ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek sabiex int ma toqgħodx aktar timxi fuq il-pariri ta’ ħaddieħor. Li tieħu l-pariri hu dejjem utli imma minn hemm ’il quddiem għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet fuq dak li tħoss ġewwa fik. Wasal iż-żmien li taqdef għal rasek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 19 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku għal Virgo f’dan il-qamar kwinta ser ikun żmien aktar stabbli minn dak li int kont qed tesperjenza dan l-aħħar. Għalhekk aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar fil-karriera u l-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu fejn int tista’ twessa’ aktar l-abbiltà tiegħek. Tibżax minn dak li riesa lejk.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 17 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku għal Libra f’dan il-qamar kwina ser jagħmlek tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek għalhekk ikun tajjeb li f’dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex tagħraf aktar kif ser tippjana aħjar l-aħħar xhur ta’ din is-sena, kun kawt f’dan il-mument.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 19 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku għal Scorpio f’dan il-qamar kwinta ser jgħinek tirrifletti u aktar attent ta’ kif tagħraf tieħu deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik. Din is-sitwazzjoni taf toħloq ukoll ċertu nervi ġewwa fik, għalhekk trid tagħraf iżżom kawt sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. Agħraf dan
Namaste
Kulurifavoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 17 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku għal Sagittarius f’dan il-qamar kwitna ser ifixklek xi ftit bejn dak li kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent. Dawn huma fażijiet ta’ riflessjoni li jafu joħoloqu fik ftit ta’ konfużjoni għalhekk għandek tiffoka biss fuq dak li għaddej minnu sabiex tissaħħaħ aktar għal li ġej.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittariushuma dawn:aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 19 u 20
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku għal Capricorn f’dan il-qamar kwinta se joħloq tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Dan jaf ikollu xi effetti anke mal-kollegi tiegħek. Se tara qisu kollox ġej ħażin imma jekk tagħraf din il-gwida dan jgħaddi iktar malajr milli taħseb. Għalhekk agħraf u emmen fik innifsek aktar mis-soltu.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 18 u 19
L-istilla li se tkun t’għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru