L-Oroskopju mill-Ħadd 21 ta' Lulju sas-Sibt 27 ta' Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 t’Awwissu

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Aquarius ser ikun il-waqt opportun sabiex int tinduna kemm ħiltek trid tagħraf issarrafha aktar. Fil-ħajja ta’ madwarna m’hemm xejn garantit u ma rridu nieħdu xejn b’ovvju għax ikun żball fatali. Għalhekk agħraf sew ħiltek għal tibdil li ġej fil-karriera tiegħek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Pisces ser ikun mument ta’ aktar ħsibijiet profondi dwar eżattament fejn trid tasal minn diversi aspetti. Però l-aktar aspett importanti huwa jekk intix lest għal xi responsabbilità ġdida minħabba l-involviment vast li għandek. Agħraf li dak li temmen fih twettqu.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 26  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafn

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Aries ser ikun iż-żmien opportun sabiex tagħraf aktar lilek innifsek. Dan kemm għall-karriera tiegħek kif ukoll ma’ dawk viċin sew tiegħek. Għalhekk issa fil-istess waqt għandek tagħraf verament min huma l-vera ħbieb.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 24 u 25  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra

 Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Taurus ser ikun żmien tajjeb beix int ittejjeb il-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista’ tqassam u tippjana aħjar is-sitwazzjonijiet kollha ta’ madwarek. Xi kultant, fil-ħajja jrid ikun hemm bilanċ sabiex b’hekk tibni aħjar il-madwar tiegħek. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 26

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Gemini ser ikun  mument ta’ riflessjoni bejn il-passat u l-preżent u għalkemm bħalissa tħossok xi ftit diffiċli qisek tlift ftit mir-ritmu, ibqa’ kkonċentrat u dan jgħaddi. Grazzi għal dan int se tegħleb din il-fażi u taqbad ir-ritmu li int famuż għalih. Agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 23, 25 u 27  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Cancer ser ikun il-mument ta’ aspirazzjoni f’dak li int verament tixtieq jew twettaq fil-madwar wiesa’ tiegħek u għalkemm dan jista’ jkun mument ta’ eċitament għalik, żgur li jekk int tagħraf tirrifletti sew f’dan il-mument dak li int verament tixtieq iseħħ.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 27    

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

 Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għall-istess Leo, dan ser ikun mument ta’ opportunità wiesgħa ta’ tkabbir u stabbilita għalik. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f’aktar kuntatti u bis-saħħa ta’ dawn il-kuntatti ġodda, int tista’ tiskala ferm aktar minn dak li qiegħed illum. Għalhekk agħraf sew.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 24, 25 u 26  

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Virgo ser ikun mument ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tkattar aktar lilek mhux għax hemm xi ħaġa ħażina, imma int trid tagħraf aktar kemm huwa importanti li madwarek ikun komplut u kemm int kapaċi toffri aktar. Għalhekk emmen fik innifsek u wettaq.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 25    

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Libra, ser ikun żmien ta’ ppjanar u ta’ kif għandek issaħħaħ lilek innifsek. Dan huwa żmien fejn int se tagħraf kemm trid tagħraf tagħti aktar spazju għall-iskeda tiegħek u dan sabiex tkun tista’ torganizza aħjar kemm lilek innifsek kif ukoll il-madwar tiegħek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 25 u 27

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Scorpio ser ikun mument fejn fin-nuqqas ta’ motivazzjoni li bħal qisu tlift dan l-aħħar, terġa’ tibda tkabbar dak li hu meħtieġ. Int issa għandek l-opportunità li terġa’ tibda tkattar dak li tajjeb fih. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 27

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Sagittarius ser ikun il-waqt li int tqawwi aktar lilek innifsek sabiex ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi kontra, dak li kont twettaq fil-passat żgur issa se tagħraf twettaq il-kontra u dan żgur ser iqawwilek il-moral. Għalhekk agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 21, 22, 23 u 27   

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li se jibda ż-żodijaku ta’ Leo, għal Capricorn ser ikun żmien ta’ taqbida. Issa int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar soda u għalhekk ser ikun iż-żmien opportun sabiex tkompli tissaħħaħ f’daj li temmen fih. Agħraf ħares ’il quddiem sabiex tistabbilixxi aktar.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 27

L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħho

More in Oroskopju