X'ġimgħa ġejja għalik? Ara x'qed jgħidu l-istilel
L-oroskopju miż-żodijaku minn nhar il-Ħadd 4 t’Awwissu sas-Sibt 10 t’Awwissu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku għal Aquarius ser iġib miegħu bosta tibdil f’dawn il-ħmistax għalik li taqa’ taħt din l-istilla trid tagħraf aktar kif se tħejji għal dan it-tibdil fejn issa għal dan il-proċess int trid tagħraf aktar l-imġiba tiegħek lejn dawk ta’ madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 7, 9, 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Capricorn
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku għal Pisces din il-ġimgħa ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk, l-aktar fil-karriera tiegħek. Dan għaliex ser ikunu għaddejjin bosta ħsibijiet li tixtieq twettaq imma tħoss li forsi mhux il-waqt li teżerċita dan iżda agħraf ħaġa waħda biss li temmen fik innifsek u dan jaf ikun biżżejjed. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 8 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku għal Aries ser jgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet kemm pożittivi u kemm negattivi imma huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu fejn int trid tagħraf tikkumbatti u tissielet sabiex dak li jifher diffiċli jingħeleb u tħossok aktar sodisfatt. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 9 u 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Scorpio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku għal Taurus din il-ġimgħa huwa mument għalik ta’ kif trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-fażi li bħalissa int għaddej issib spazju għar-rilassament, ħin sabiex tqatta’ aktar ħin ta’ madwarek, ħin sabiex tagħraf il-bżonnijiet kollha ta’ madwarek. Dan trid twettqu inkella taf tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli ’l quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 7, 8 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Pisces Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku għal Gemini ser ikun fażi fejn int trid tkun fl-aktar mument pożittiv u ideali tiegħek għall-isfidi li ser jibdew jersqu lejk. Jekk int tagħraf tilqa’ u tuża moħħok żgur li l-isfidi jiġu megħluba mhux biss imma tagħraf tkattar aktar il-maturità lejk. Irrifletti sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Leo Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku għal Cancer għal din il-ġimgħa huwa mument fejn trid tagħraf eżatt int x’tixtieq. Żgur li bħalissa hemm bosta sitwazzjonijiet li tixtieq li jiġu solvuti kemm jista’ jkun fl-iqsar żmien possibbli. Però mur għal dawk li int ġewwa fik tixtieq tagħraf ir-riżultat ta’ wara, hemm gwadann riesaq. Agħraf sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 7 u 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aries Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku għal Leo, din il-ġimgħġa huwa mument ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Però hawnhekk trid toqgħod attent għax f’dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu jkunu mhux dak li vera jidher, għalhekk agħraf sew dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 9 u 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Sagittarius
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku għal Virgo ser jagħmlek tagħraf tippjana b’mod aktar kawt. Għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana iżda dan huwa mument fejn ser jagħtik aktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek u dan jagħmlek tagħraf aktar min int għalhekk irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 8 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Taurus
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku għal Libra għal din il-ġimgħa huwa l-mument sabiex tagħraf aktar fil-viċin min vera int. Inutli toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet. Wasal il-mument li int tkabbar il-ħeġġa tiegħek u żżid il-kuraġġ ġewwa fik u dawn flimkien ser ikunu dik is-soluzzjoni sabiex int tersaq, tagħraf lilek innifsek. Agħraf sew dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Cancer
Libra huma magħrufin għat-tfittxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku għal Scorpio għal din il-ġimgħa huwa mument ta’ riflessjoni profonda dwar deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax tħalli aktar żmien għaddej iżda asal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed wara dan il-pass int se tagħraf kemm ser ser tħossok aħjar. Ħares ’il quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 7, 8 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aquarius
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku għal Sagittarius għal din il-ġimgħa ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u għalhekk trid tagħraf iżżomm bilanċ għas-sentiment li ser jiżdied ġewwa fik għax jekk ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ dan ’il quddiem jista’ joħloq ċertu ansjetà żejda. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aquarius
Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku għal Capricorn għal din il-ġimgħa se tagħraf fih tikkontrolla l-pressjoni li hemm iddur madwarek bħalissa. Dan se tagħmlu sabiex ikollok aktar ħin trankwill sabiex tkun tista’ twettaq f’aktar serenità dak li verament tixtieq. Għalhekk agħraf sew u ħu kontroll. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 9
L-istilla li għandek tevita ġejja minn Gemini Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru