Oroskopju | Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo

Mit-23 t’Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jwassallek suġġeriment li jġegħlek taħseb li wasal il-mument li tibdel l-istil ta’ ħajja madwarek. Din il-bidla hija bżonjuża għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin. B’dan it-tibdil li se tagħmel, kun kapaċi ma’ dak kollu li ġej, agħraf sabiex titkattar aktar.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31  

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jwasslek tħossok persuna aktar aperta u tagħraf aktar il-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu fejn se tieħu nifs ġdid u bis-saħħa ta’ dan ser ikomplu jersqu lejk opportunitajiet, ideat u anke pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan kollu. Agħraf u rrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30     

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jqanqallek ċertu ħsibijiet li jistgħu jikkawżaw diffikultajiet ipprova żomm kawt. Ipprova tgħallem minn din l-esperjenza ħalli ma terġax tirrepeti dak li għaddejt mill-passat. Issa int għandek esperjenza ta’ kif tikkumbatti f’dawn il-mumenti. Għalhekk irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 31

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

 Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jista’ jibda jurik il-pożizzjoni finanzjarja ta’ madwarek sejra xi ftit lura. B’hekk ser tinħoloq ċertu pressjoni madwarek imma jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan ta’ kontroll tal-finanzi tiegħek, dan ikun pass siewi ħafna sabiex minn issa tibda tikkontrolla dak li ma kontx. Agħraf

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 28 u 30

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se jġib miegħu aktar stress imma pprova bbilanċja dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu fejn int turi aktar il-kapaċità u d-determinazzjoni kollha tiegħek sabiex b’hekk int jirnexxilek tegħleb l-istress u twettaq ħafna mill-proġetti li hemm madwarek. Dan jagħmlek tagħraf ħiltek aktar.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik25, 27, 29 u 31     

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jagħmlek iddur dawra sew madwarek u tagħraf tosserva u tanalizza dak kollu li jkun għaddej. B’hekk int tkun tista’ tagħżel direzzjoni aktar adattata. Ma tridx taqta’ qalbek għax int kapaċi. Għajnuna minn persuna tal-passat taf tkun vijabbli.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 28 u 30  

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Jibda iż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jagħmlek tagħraf li kollox għandu l-ħin tiegħu u għalhekk minn issa ser tagħraf timxi aktar b’moħħok però li tieħu xi forma ta’ parir bħala mezz ta’ gwida f’din il-fażi jkun utli. B’hekk int tagħraf aktar il-linja tiegħek imma finalment id-deċiżjoni aħħarija trid tkun tiegħek. Agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 31

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

 Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jkun ifisser aktar responsabbiltà madwarek. Barra li se ġġorr aktar responsabbiltà issa wkoll int trid ittejjeb il-madwar tiegħek mill-att li toħroġ ftit aktar il-potenzjal vera tiegħek. Dan huwa l-mument li turi int min int. Tibżax, ħadd mhu perfett. Eżerċità dak li tħoss ġewwa fik.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 29 u 30

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jgħixu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jkun ifisser aktar impenn u spinta fil-karriera tiegħek. Għandek bosta ideat u pjanijiet li trid twettaq iżda dan trid tagħraf twettqu bil-galbu. M’hemmx bżonn għaġla sabiex ma tkunx ħadt xi deċiżjoni mgħaġġla mbagħad jiddispjaċik, agħraf u rrifletti bil-galbu. 

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 u 31  

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jkun mument ta’ aktar impenn u preparazzjoni f’dak li int għandek riesaq lejk sabiex b’hekk int tkun aktar imħejji b’dan il-pass. Int se tagħraf liema opportunità hi vera tajba għalik u għal dak li qed tħejji. Agħraf sew dan.  

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 29 u 30    

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

 Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se  jkun ifisser riflessjoni u direzzjoni fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, iżda dan ser jagħmlek tagħraf aktar verament xi trid. Tibżax minn pass li hemm bżonn jittieħed. Issa wasal il-mument li tħares ’il quddiem. Għandek bosta toroq ġodda għalhekk agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 30 u 31

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Jibda ż-żodijaku taħt Virgo u dan se jkun ifisser  aktar konċentrazzjoni f’ħiltek biex b’hekk issa tibda tippreżenta ruħek b’aktar maturità lejn dak li issa ser jibda riesaq lejk. Tibżax minn deċiżjonijiet li trid tieħu għax dawn huma l-futur ta’ dak li int tant ilek tistenna. Irrifletti sew

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 28 u 30  

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà

More in Oroskopju