L-oroskopju mill-Ħadd 1 ta’ Settembru sas-Sibt 7 ta’ Settembru
Imwassal lilkom minn PaulJon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser bidu ta’ proġetti ġodda li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex int tkompli fi tkabbir. Tibżax sabiex int tkompli fit-tkabbir. Tibżax tiżviluppa, anzi agħraf sabiex tara li twettaq b’mod għaqli ħalli tagħraf aktar. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Pisces ser ikun ifisser tisħiħ profond f’dak li għandek madwarek. It-tkabbir li hemm riesaq lejk ser ikun dovut għal dak li ġewwa fik qiegħed tant taspira. Għalhekk dan jista’ jkun żmien ta’ riflessjoni biss. Agħraf li ħsibijietek iżżommhom ġewwa fik. Agħraf
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 5 u 6
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser aktar enerġija favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma’ kollox dan ifisser li għandek perjodu ferm interessanti iżda agħraf biss lilek innifsek. Tħallix lil min jipprova jiżvijak. Dan huwa biss mument. Irrifletti sew.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 5
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Taurus ser ifisser tibdil mill-iskeda tiegħek. Dan ser ikun sabiex tagħraf aktar kif tista’ tibda minn issa ttejjeb aktar l-iskeda kollha, mhux biss dik tal-karriera imma anke madwarek bħala familja u ħbieb.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-imaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunj
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Gemini huwa perjodu bażiku għax dan ser ikun ifisser li se tibda tara iżjed il-bżonnijiet personali tiegħek li bħalissa huma ferm importanti. Trid tibda tagħraf x’hemm bżonn, kemm sabiex tirrilassa u anke għal saħħtek. Mument ta’ riflessjoni.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik 3,4, 5 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun ifisser bidu ta’ pjan li ilek tant tistenna biex twettaq. Dak li dejjem xtaqt fl-aħħar mill-aħħar se tarah isir realtà. Fl-aħħar wasal dak il-mument fejn tibda taħsad minn dak li żrajt. Minn issa ’l quddiem it-tkabbir madwarek jibda jseħħ.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 6 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ifisser bidu ta’ attività miftuħa differenti minn dak li kont qed twettaq. Issa, din l-attività trid tipprepara għaliha b’aktar dedikazzjoni u responsabbilità, b’hekk ittejjeb u ssaħħaħ dak li ġej. Agħraf sew.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 4 u 6
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Virgo se joffri impatt ta’ kif int se tikkonfronta lil min jipprova jgħaddik minn għajn il-labra. Issa dak li int se tibda tħoss ġewwa fik mhux ħa jkun dak li int normalment tħoss. Taf tkun aggressiv meta tiġi kontra l-kurrent. Agħraf żomm il-kalma u l-kawtela.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Libra ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta; kif int se tibda tħejji għal ċerti deċiżjonijiet li resqin lejk. Barra li trid tkun lest għal dak li ġej, trid terfa’ r-responsabbiltà. Għalhekk, qabel kull deċiżjoni li se tieħu, irrifletti sew.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 6 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Scorpio ser jurik kif għandek tħejji aktar għal dak li ma kontx qed tistenna li jista’ jseħħ. Minħabba dan l-impatt differenti fil-format ta’ ħajtek, int għandek tkun aktar soda. Ftakar biss li f’dan il-mument kulma twettaq trid tagħraf aktar.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 4 u 6
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun bidu sabiex tħejji aktar lilek innifsek u tkun flessibbli. Issa trid iżżomm il-pass u żgur li mhux il-waqt li toħloq xi inċertezza. Int trid iżżomm mal-ħsieb li kellek. Ftakar biss li t-twettiq li riesaq lejk ser jagħmlek persuna stabbilita aktar. Irrifletti
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 4, 5 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu ta’ Settembru għaż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun mument li int trid iżżomm dak li rnexxielek tkattar. Għalkemm ser ikun hemm xi ftit mumenti ta’ tfixkil, però trid tagħraf turi ħiltek u żżomm sod. Taqtax qalbek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 6 u 7
L-istilla ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru