New Moon għaż-żodijaku ta’ Scorpio
L-oroskopju mill-Ħadd 27 t’Ottubru sas-Sibt 2 ta’ Novembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Aquarius ser iġiegħlek taħseb li wasal il-mument li tbiddel l-istil ta’ ħajja ta’ madwarek. Prova twebbisx rasek għal din il-fażi għax din hija bidla bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk u anke biex tagħraf aktar lilek innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn:kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 1
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnAries
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Pisces ser jagħmlek tħossok persuna aktar iddixxiplinata. Din l-esperjenza minn issa se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqgħek ma’ persuni ġodda bi prospetti tajbin għalik. Issa trid tagħraf tkun mħejji sew. Agħraf sew.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnSagittarius
Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Aries ser iwasslek sabiex tagħraf iżżomm kalm u ma twettaq ebda azzjoni. F’din il-fażi trid titgħallem mill-esperjenza tal-passat sabiex ma terġax tirrepeti l-iżbalji u hekk tkun tista’ tħares ’il quddiem.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnVirgo
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Taurus ser tħoss il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek tirpilja wara li kienet imwaħħla. Jekk minn issa tagħraf tqassam il-flus ikun utli ħafna għalik. Agħraf dan.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 30 u 1
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnCapricorn
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Gemini ser ikun fażi importanti li toħroġ il-potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud madwarek mhumiex jaraw li dan ser ikun pass importanti, ibqa’ għaddej bil-pjan tiegħek sabiex tħalli lil kulħadd sorpriż. Emmen fik innifsek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnLibra
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Cancer ser joħloq sitwazzjoni li ġġiegħlek iddur dawra miadwarek. Osserva aktar sabiex tkun tista’ tanalizza u b’dan int tkun tista’ tagħżel id-direzzjoni ideali għalik. Irrifletti sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 31 u 2
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnTaurus
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Leo ser ikun fażi li fiha tanalizza u tagħraf li kollox għandu l-ħin tiegħu. Agħraf minn issa sabiex tibda, imma din għandha tkun fażi li fiha timxi b’moħħok. Jista’ jkun li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet. Għalhekk agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 1
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnScorpio
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Virgo ser ikun mument ta’ impenn u ta’ iktar responsabbilità madwarek sabiex minn issa tibda taħgraf kemm int responsabbli. Min-naħa l-oħra tista’ ttejjeb il-madwar tiegħek sabiex tagħraf aħjar dak li riesaq lejk. Irrifletti sew.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 30 u 2
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnCancer
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Libra ser ikun fażi ta’ impenn fil-karriera tiegħek sabiex b’hekk tagħti spinta kemm biex ittejjeb dak li hemm madwarek u anke sabiex twessa’ dak li kabbar s’issa. Agħraf kun għaqli. Irrifletti.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnPisces
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Scorpio ser ikun ifisser fażi ta’ preparazzjoni f’dak li riesaq lejk sabiex barra li tkun imħejji ferm, tkun tista’ ttejjeb ħiltek. Persuna se toffrilek opportunità iżda kun żgur li tieħu parir sew qabel tagħmel xi pass. Agħraf sew.
Namaste
Kulurifavoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnAquarius
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-abbiltà tiegħek fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, dan ser jagħmlek tagħraf aktar fejn verament tixtieq tasal eżatt. Titlifx din l-opportunità. Għalhekk agħraf sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittariushuma dawn:aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 31 u 1
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnGemini
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ New Moon għal Capricorn ser ikun ifisser aktar pjanar dettaljat madwarek. Dan ser jagħtik iċ-ċans ta’ dawra kompluta kemm mil-latt ta’ kif tippreżenta ruħek u anke kif torganizza dak li hemm madwarek. Din il-bidla hi meħtieġa.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 29 u 31
L-istilla l-aktar ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejjaminnLeo
Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru