L-Oroskopju għax-xahar ta’ Novembru
L-ewwel ġimgħa mill-Ħadd 3 ta’ Novembru sas-Sibt 9 ta’ Novembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ Aquarius se jagħmlek tagħraf aktar dwar dak kollu li riesaq lejk. Għalhekk issa int li taf b’dan għandek tkun aktar imħejji sabiex kull sitwazzjoni li ser tiffaċċja tkun ipprepatay sabiex tkun tista’ tieħu l-aħjar deċiżjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ Pisces ser jagħmlek tagħraf għal tkattir ta’ aktar responsabbilità. Għalhekk issa trid terġa’ ssib dik il-ħeġġa sabiex twassal aktar l-ideat tiegħek u dan jerġa’ jdaħħlek lura fir-rutina. Irrifletti.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ Aries ser jagħtik impatt aktar sensittiv ġewwa fik. Dan mhux normali li għalik tkun daqstant sensittiv imma din il-fażi li ser tagħmlek tant sensittiv se tkun ir-raġuni li tiġbed aktar simpatija pożittiva lejk u dan ikun biżżejjed li int tħossok magħqud, agħraf dan.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ Taurus ser joffrilek enerġija ġewwa fik li qed tħossok aktar immotivat milli kont dan l-aħħar. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans sabiex wara ġurnata xogħol tmur sal-gym jew xi eżerċizzju, xi ħaġa li kont tlift. Agħraf
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 8 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-immaġiazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ Gemini ser joffrilek fażi ta’ duraġġ u determinazzjoni ġewwa fik sabiex tikkumbatti dak il-mewġ li int qed tiffaċċja b’mod partikolari fil-karriera bħalissa u dan għandu jsaħħaħlek il-moral sabiex tagħraf l-opportunitajiet li resqin lejk. Irrifletti.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ Cancer ser joffrilek impatt fis-saħħa tiegħek u dan minħabba xi dgħufija personali li int esperjanzajt dan l-aħħar imma ġej, għalhekk f’dawn il-ġranet l-impatt tiegħek ser ikun aktar b’saħħtu mis-soltu u dan ikun fattur importanti għalik. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Sagittarius
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ Leo ser joffrilek aktar twemmin fik innifsek u dan għandu jkun ferm utli għalik fil-ġimgħat li ġejjin sabiex f’din id-direzzjoni int temmen fil-ħila u fil-kapaċità li int għandek ġewwa fik u hekk tagħraf kemm int kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 6, 7 u 8
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ Virgo ser tikkonfronta min jipprova bħal qisu jgħaddik minn għajn il-labra. Għalhekk f’dan il-perjodu int trid toqgħod ferm attent għax dak li int se tħoss ġewwa fik ikun forma ta’ gwida sabiex minn issa tkattar lilek innifsek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Gemini
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ Libra ser jagħmlek tibda tħejji l-ħsieb sabiex int tibda tiġġenera ideat ġodda dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat ridt xi forma ta’ opinjoni għalkemm fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int sabiex tasal tagħmel deċiżjonijiet għalhekk agħraf dan.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 8
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Virgo
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser tgħinek tagħraf aktar deċiżjonijiet li resqin lejk. Din is-sitwazzjoni se toffrilek impatt differenti fil-format ta’ dak li fil-preżent. Għalhekk agħraf sew dan sabiex tkompli tavvanza.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 6 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Cancer
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser jagħmlek aktar organizzat kif int se tibda tippjana u tqassam il-ħajja tiegħek u minn issa trid iżżomm dan il-pass li għalkemm ser ikun iebes għall-bidu imma dan ikun meħtieġ sabiex int tagħraf it-tkabbir li riesaq lejk. Emmen aktar fik innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 8
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Taurus
Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser jagħtik iċ-ċans f’dan il-perjodu li żżomm dak li rnexxielek tkattar fil-madwar tiegħek. Għalkemm ser ikunu xi mumenti ta’ tfixkil però mill-esperjenzi tiegħek kapaċi żżomm bilanċ tajjeb f’dak li hemm madwarek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 9
L-istilla li fil-mument toffrilek fiduċja pożittiva ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru
Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com