Oroskopju | Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagittarius
Mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Aquarius ser joffrilek opportunità pożittiva mmens f’kull sitwazzjoni li ser tiffaċċja. Dan iżda, jekk dejjem int temmen aktar fik innifsek. Kontra kollox kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi f’din il-fażi. Fażi li fiha għandek tagħraf il-kontroll tiegħek innifsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Pisces ser jagħmlek toqgħod ftit aktar attent minn dak li s-soltu forsi ma kontx tati daqshekk importanza. Minħabba f’hekk, minn issa trid tagħti aktar attenzjoni. Int se tagħmel dan sabiex tkun tista’ tissaħħaħ fil-madwar tiegħek. Agħraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minnVirgo
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Aries ser ikun ifisser li trid trattab aktar dak li int twettaq. Deċiżjonijiet li minn mument għal ieħor. Aktar minn qatt qabel ser tinduna bil-mod kif minn issa ser twettaq dawn is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek u tinnota li se jieħdu xejra differenti. Irrifletti.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn
Namaste
Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Taurus ser ifisser taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Għalhekk minn issa trid tibda timxi fuq dak li taħseb bil-għaqal u bil-moħħ. Jekk jirnexxilek tagħmel dan, se tasal f’madwar aktar stabbilit minn dak li kellek dan l-aħħar.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Gemini ser ikun mument ta’ toroq aktar miftuħa, u opportunitajiet, fil-karriera tiegħek fejn ser twettaq tibdil pożittiv għalik. Trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tavvanza lejn il-miri ewlenin tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Cancer ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta’ dak li tant qed tiffoka fuqu. Issa se tkun iffokat fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu. Dan jawgura tajjeb sabiex dak li tant tixtieq jibda jagħtik sodisfazzjon. Agħraf żomm bilanċ.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Leo ser jgħinek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. F’dan il-perjodu ma tantx għandek timxi fuq pariri ta’ ħaddieħor. Għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri li ħadt u dan jagħmlek aktar int.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Virgo huwa mument aktar stabbli għalik milli jkun is-soltu. Hekk kif int tagħraf dan, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi u topera. Agħraf ukoll sabiex issib spazju għalik u ħin għal xi eżerċizzju. Irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Libra ser jagħmlek tagħraf il-bżonnijiet personali tiegħek, l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb jekk f’dan il-perjodu ddur madwarek u dan għadnu jseri sabiex xi nuqqasijiet li hemm jerġgħu jibdew jiġu attwati. Agħraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktal-Ħamis
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Scorpio ser jgħinek tagħraf li trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu dwar kif għandek tieħu xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik, għalhekk trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. Imxi b’għaqal.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għall-istess Sagittarius ser ikun mument ta’ tfixkil bejn dak li kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jaf joħolqu ftit ta’ konfużjoni. Iffoka biss fuq dak li għaddej minnu biex tissaħħaħ aktar fil-mument.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Sagitarrius għal Capricorn ser tkun fażi ta’ ftit tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak fi pjanar li tant qed tieħu ħsieb fil-madwar. Agħraf xi gwida sabiex tkun tista’ tagħraf tikkumbatti u b’hekk int tissaħħaħ aktar fiż-żmien li ġej.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries
Namaste