In-new moon fiż-żodijaku ta’ Sagittarius
Mill-Ħadd 24 ta’ Novembru sas-Sibt 20 ta’ Novembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Aquarius ser ifisser li trid tkun aktar paċenzjuża għal dak li tixtieq. Hija l-paċenzja biss f’dan l-istadju li tista’ twasslek lejn dak li verament tixtieq. Hekk se tara l-madwar jieħu xejra totalment differenti minn dak li kien. Irrifletti
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 29 u 30
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Pisces ser ifisser li għandek iċ-ċans li takkwista dak kollu viabbli li jista’ jkun ta’ gwadann u tkabbir għalik. Kollox ma’ kollox dan huwa mument pożittiv għalik fejn tista’ tavvanza ħafna aktar barra li tkun kapaċi tegħleb bosta ostakli.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24 ,26, 28 u 29
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser li trid tagġti aktar attenzjoni lil dak kollu li jkun qed iseħħ fil-madwar tiegħek imma aktar u aktar dak li jkun għaddej fik trid tevalwa u tara x’inhu l-aħjar għalik. Iżen dak kollu li riesaq b’għaqal.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 29 u 30
Namaste
Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Taurus ser ifisser li trid tbiddel dak li int is-soltu kont tieħu b’ovvju. Issa għandek iċ-ċans li tkun aktar flessibbli f’dak kollu li ser tibda twettaq. Ftakar fl-esperjenza passata sabiex tagħraf timxi iżjed.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26, 27, 28 u 30
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Gemini ser ifisser aktar ippjanar iddettaljat. Il-qofol ta’ dan il-mument huwa l-ippjanar għal dak kollu li huwa sinifikanti fil-karriera li għandek f’dan il-mument. Tista’ tfassal b’aktar attenzjoni u ċertu dettall. Agħraf il-passi li tieħu.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 28 u 29
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Cancer ifisser mument ta’ riflessjoni f’dak li tixtieq tagħmel. Għalhekk agħraf dak il-punti vitali l-aktar li tista’ tirrifletti fuqhom u minn hemm ’il quddiem tkun tista’ tagħraf il-ħtieġa ta’ fejn tista’ tavvanza l-aktar f’ħajtek.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 30
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Leo ser ifisser mument ta’ kuraġġ u determinazzjoni peress li d-determinazzjoni naqset xi ftit minn ġewwa fik dan l-aħħar dan huwa ż-żmien opportun sabiex terġa’ tidħol fik innifsek u tkompli timxi b’dak il-pass li int tant magħruf għalih.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26, 28, 29 u 30
Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Virgo huwa mument fejn int trid trabbi l-paċenzja f’dak li għandek twettaq. Trid tkun aktar f’postok sabiex b’hekk int minn issa tibda tara tibdil fir-riżultati li se takkwista. Agħraf dan u rrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 28 u 29
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Libra ser ikun mument fejn trid timxi aktar b’dak li tagħraf u taħseb idealment huwa utli għalik. Dan il-mument hu sensittiv ħafna għalik u trid tirkupra tajjeb mill-iżbalji tal-passat. Għalhekk, parir ta’ gwida bħalissa jkun vijabbli għalik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktal-Erbgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26 27, 29 u 30
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Scorpio ser ifisser muemnt ta’ għarfien. Dan huwa ż-żmien opportun li tagħraf min minn dawk ta’ madwarek tista’ tafda. Min issa ’l quddiem dan jaf ikun pass diffiċli għax ser ikollok taqta’ lil xi wħud madwarek. Tibżax.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 28 u 29
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ifisser li int trid tkun aktar formali f’dak li minn issa ser tibdel madwarek. Trid tagħraf twassal dak li turi b’mod aktar dirett u ddettaljat. Dan huwa mument għalik fejn is-sors ta’ komunikazzjoni ser ikun aktar bżonjuż. Agħraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 29 u 30
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
In-new moon għaż-żodijaku ta’ Capricorn ser ifisser li int trid tkun aktar preċiż f’dak li twettaq fil-madwar tiegħek. Nuqqas ta’ dan jista’ jikkawża sitwazzjonijiet daqsxejn ikkomplikati, għalhekk agħmel skeda f’dak li minn issa trid tibda twettaq. Hekk biss tavvanza.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 27, 28, 29 u 30
Namaste