L-oroskopju taż-żodijaku f’Sagittarius

Mill-Ħadd 1 ta’ Diċembru sas-Sibt 7 ta’ Diċembru 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser iwasslek sabiex tkun tista’ tagħti dak li verament tixtieq twettaq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda b’ċerti kliem sabiex ma’ din il-persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar sitwazzjonijiet li ser jersqu lejk, b’hekk din il-gwida tagħmlek aktar fiduċjuża. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces jaf jikkawża sitwazzjoni int tagħraf tirranġa jew tirregola aktar il-madwar tiegħek. Hemm possibilità tajba li tista’ tilħaq l-għan tiegħek. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma se tissielet għal dan. Agħraf biss li qatt m’għandek taqta’ qalbek iżda emmen aktar fik innifsek.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku ta’ Aries iwasslek sabiex pjan li tkun tixtieq twettaq. Taf li dan il-pjan se jagħtik spinta ’l quddiem. għalhekk, tgħaġġilx. Agħraf kull pass minn issa ’l quddiem b’aktar kawtela.  

L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus ser joffrilek mument li int għandek tagħraf aktar x’tixtieq, kemm għalik u kemm għall-ħajja ta’ madwarek. Ma’ dan trid tagħraf iżjed ir-responsabbilità li dħalt għaliha b’hekk int trid turi kemm int matur għal dak li int minn issa trid toffri. Agħraf li kull pass minn issa huwa deċisiv.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn 

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini  ser ikun għalik bidu ta’ twettiq ġdid u dan mhux ser ikun faċli għalik speċjalment f’dinja ġdida li int se tipprova. Magħruf li kapaċi tegħleb kull sfida li ssib quddiemek. Din se tkun sfida oħra għalik, però żgur li wara li jirnexxilek ser tħoss dak is-sodisfazzjon. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar esperjenza li int għaddejt minnha ftit taż-żmien ilu u għal xi raġuni din għadha ddur fil-madwar tiegħek. Dan huwa żmien għaqli li din tista’ tingħeleb u b’hekk int tista’ tkompli miexja ’l quddiem bla ma jkollok aktar xkien. Agħraf. 

L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek twebbes aktar rasek sabiex twettaq dak li trid. Dan jaf ikun għalik ta’ gwadann sabiex int turi l-vera karattru tiegħek. B’dan int se turi f’dan il-mument kemm int ta’ kredibbilità. Anzi se tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni li tersaq lejk. Irrifletti sew.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo jaf ikollu effett ta’ rankatura li kont għaddej minnha dan l-aħħar. Għalhekk agħraf dan kollu li int ser twettaq minn issa ’l quddiem għax dan jaf ikun utli ferm aktar għalik milli fil-fatt int forsi qatt ħsibt. Agħraf dan il-mument għax jekk ma tagħrafx tkun tlift l-opportunità.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra ser joffrilek opportunità. Però din l-opportunità se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek un taf li fil-mument mhux iż-żmien għal ċerti deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit taż-żmien ilu.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ifisser iwassal sabiex int tagħraf aktar timxi b’dak li taħseb. Sitwazzjoni madwarek li trid tagħraf taffaċja, taf ukoll li xejn ma jsir malajr għax kollox irid il-ħin tiegħu. Issa huwa l-waqt sabiex tara kemm int kapaċi tegħleb dak li hemm. Agħraf.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa 

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser iġiblek esperjenza li għaddejt minnha fil-passat u dan ser jikkawża fik ansjetà. Minħabba f’hekk dan jaf ikun ta’ eżami għalik sabiex int tara kemm issa, wara dak kollu li esperjenzajt, int kapaċi tkompli għaddej. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer 

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser joffrilek sfida sabiex tagħraf tkun iżjed kapaċi tiffaċċja sitwazzjonijiet diffiċli. Għalhekk int għandek tkun ferm kawt f’dak li jista’ jkun riesaq lejk, f’mument fejn int imdawwar b’ħafna pożittività. M’għandekx tkun imfixkla minn dak li ġej jew qed iseħħ. Għalhekk irrifletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-istilla li se tkun ta’ aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Namaste

More in Oroskopju