L-Oroskopju taż-żodijaku ta’ Sagittarius
Mill-Ħadd 15 ta’ Diċembru sas-Sibt 21 ta’ Diċembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b’aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek iżżomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi imma tkattar dak li ġej u tissaħħaħ iżjede
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ New Pisces ser ikun ifisser mument ta’ ftit aktar tensjoni madwarek aktar mis-soltu. Issa minħabba dan int trid tagġraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat però finalment se tkun rebbieħ.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa
Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li taf dan kollu suppost tagħraf tikkontrolla lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċjah b’kalma u trankwillità u b’hekk timmatura.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Namaste
Taurus mill-20ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja. Dan jaf ikun tajjeb sabiex timxi lejn aktar maturità u għaqal f’dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ Gemini ser ikun ifisser muemnt li se jagħmlek ftit aktar aggressiv fl-ambizzjonijiet personali u anke ta’ madwarek. Dan jaf ikun sfida għalik u ser isarraf sabiex int turi aktar l-abbiltà tiegħek f’dak li tesprimi u twassal. Agħraf sew din il-fażi.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa ser jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta’ dak li hemm madwarek. Agħraf din l-isfida.
L-aktar jum idealigħalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk tagħraf tikkontrolla ħajtek u dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirbaħ dak li tlift jew li ħadulek mill-karattru tiegħek. Kun imħejji aktar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.
Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li fih tagħraf timxi aktar b’pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum biex tieħu pożizzjoni jew deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument li trid tagħraf aktar il-bilanċ fil-ħajja madwarek. Għalkemm ser tkun mitluf f’ħafna proġetti xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjoni li għandek. Żomm bilanċ.
Namaste
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa daktas-Sibt
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ Scorpio ser ikun mument inċert f’dak li trid twettaq. Dan ser joħloq ftit ta’ tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b’hekk tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem f’dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li għandek minħabba li taf tidħol fil-passat tiegħek u toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta’ madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b’hekk biss tista’ timxi ’l quddiem.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li huwa ż-żmien opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastika sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmilha possibbli tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru
Namaste