Edizzjoni speċjali tal-oroskopju għall-aħħar tas-sena 2019
Mill-Ħadd 29 ta' Diċembru sas-Sibt 5 ta' Jannar
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Aquarius se joffrilek fażi li se tagħmlek tgħaġġel ftit aktar fil-madwar tiegħek. Se tgħaġġel fil-mod li jekk int tkun se twettaq issa se tagħmel dan b’ritmu mgħaġġel u dan ser iħalli effett tajjeb madwarek. Għalhekk int issa agħraf dan sew. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali u sensittivi
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Pisces se joffrilek direzzjoni aktar iffokata fuq fejn trid tasal. Hekk li minn issa se tagħraf aktar tkun ċar dwar dak li verament jgħodd għalik. Dan hu perjodu li fih dak li dejjem xtaqt ser jintlaħaq basta jkun hemm aktar fiduċja fik. Irrifletti sew. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Aries ser joffrilek għarfien ta’ dawk li huma ħbieb, kollegi u oħrajn. Dan jaf ikun żmien ta’ tfixkil però dan ser iservi għalik sabiex int tagħraf aktar min minn dawk ta’ madwarek huma verament vijabbli u li tista’ tafda f’dak li riesaq lejk. Għalhekk agħraf sew. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu u d-dedikazzjoni.
Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Taurus għall-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Taurus ser jiftaħlek perjodu ta’ aktar stabbilità, biżżejjed biex tkun tista’ tidħol għalihom b’aktar ħeġġa u determinazzjoni. Irrifletti. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità u d-direzzjoni tagħhom.
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Gemini ser tgħinek tħossok immotivat u dan ser jagħtik enerġija fejn int kont waqajt lura minn xi proġetti li ppjanajt. Għalhekk minn issa terġa’ tibda dik ir-rankatura li għandek bżonn u hekk tħossok stabbli. Agħraf kun int. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni u komunikazzjoni tagħhom.
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Cancer ser iwasslek sabiex int tibda twettaq xi bidliet li kont qed tħejji għalihom u oħrajn li ser jinqalgħu. Kun imħejji sew biex tagħraf sew l-opportunitajiet li resqin lejk sabiex minn hawn tkattar aktar lilek innifsek. Irrifletti sew. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli u l-kariżma tagħhom.
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Leo ser ikun ifisser għalik qlubija li dan l-aħħar kienet iddgħajfet xi ftit minn ġewwa fik. Għalhekk issa ser terġa’ tibda tħoss l-abbiltà li int tant magħruf għaliha. Tibżax tieħu ċerti deċiżjonijiet li jkunu utli għalik. Agħraf sew dan. Awguri.
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin bħala persuni umli u stabbli
Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Virgo ser iġġiblek aktar iffukar sabiex tagħraf lilek innifsek u għalhekk f’din il-fażi int trid tagħraf iżjed il-bħonnijiet tiegħek. Issa huwa dak il-mument li għandek twettaq dak li tixtieq u b’hekk takkwista dak is-sodisfazzjon li jixraqlek. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont ta’ għaqda
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Libra se jagħmlek tirrifletti aktar dwar il-mod kif se tiddeċiedi dwar pjanijiet li hemm imma bħal donnok weħilt kif se tibda timplimenta l-pass li jmiss. Għalhekk issa ħa tagħraf twettaq u dan ser ikun vijabbli għalik u kemm għall-madwar. Agħraf sew dan. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna u ta’ motivazzjoni
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Scoprio se jagħmlek tħossok aktar kawt u dan huwa importanti għalik sabiex terġa tibda tirbaħ ċerti sitwazzjonijiet li setgħu kienu qegħdin jidhru ibsin u issa jistgħu jiġu solvuti. Aħtaf din l-opportunità li riesqa lejk sabiex terġa’ tkun stabbilit.
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom u d-dixxiplina fihom infushom
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall-istilla ta’ Sagittarius se jagħmlek tagħraf kemm l-ambizzjoni hi ferm aktar bżonjuża f’dawn il-ġranet. L-effett ta’ dan ser tħossu jikber fik aktar mis-soltu u dan se jagħmlek taġixxi ferm differenti. Dan huwa dak il-mument fejn int tista’ tgħolli lilek innifsek ’il fuq. Awguri
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom u l-passjoni
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku tal-aħħar tas-sena għall- istilla ta’ Capricorn ser ikun mument li jopprovdukek motivazzjoni ser twettaq dak kollu li kien qisu staġnat. Issa se jibda jinbidel dan iż-żmien u int trid tagħraf dik id-direzzjoni f’dak li riesaq. Agħraf sew.
L-istilla ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà u d-determinazzjoni tagħhom
Namaste