L-Oroskopju taż-żodijaku ta’ Aquarius

Mill-Ħadd 26 ta’ Jannar sas-Sibt 1 ta’ Frar

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għal Aquarius ser jagħmlek tħossok li qed tikkumbatti però m’intix tasal fejn vera tixtieq iżda taqtax qalbek xi kultant ma tarax il-frott li tixtieq mill-ewwel imma jekk int tagħraf iżżomm ma’ dak li int tixtieq twettaq ibqa’ żgur li finalment tasal. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Libra 

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces ser jagħmlek tibda trattab ftit dik ir-ras iebsa dwar xi sitwazzjoni li minħabba f’hekk jistgħu jinħolqu xi problemi madwarek. Vera li forsi għandek xi raġuni partikulari għal dan imma wasal iż-żmien li dan jinbidel sabiex tagħraf tkun aħjar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Capricorn

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April  

Il-bidu għal Aries huwa mument li se jiftaħlek ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin. Għalhekk għandek tagħraf tibda tieħu dak li ġej b’ċerta għaqal imma dejjem żomm saqajk mal-art sabiex dak kollu li riesaq ikun verament dak li tixtieq int. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Virgo

Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għal Taurus ser iġġib xi ostakli għalhekk agħraf sabiex tibqa’ tissielet tikkumbatti għax dan huwa meħtieġ minnek sabiex il-pjan ta’ dik il-bidla li int tant għandek bżonn jitwettaq fi żmien qarib. Żomm fik il-ħeġġa u determinazzjoni

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Pisces

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għal Gemini ser jibda perjodu ta’ eċitament minħabba dak li tant ħdimt għalih li issa jinħass aktar viċin. Għalhekk issa se tistenna bil-ħerqa r-riżultat li ser joħroġ li żgur se jiftaħlek ħafna toroq ġodda madwarek sabiex hekk tkabbar aktar lilek innifsek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Sagittarius

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għal Cancer ser ikun mument li jpoġġik f’sitwazzjoni ta’ inċertazzjoni u ma tafx x’se taqbad tagħmel. Il-biża’ li tħoss ġewwa fik trid iddawwarha f’kuraġġ sabiex ma tippermettix dan il-perjodu jegħlbek imma agħraf ikkumbattih sabiex b’hekk turi ħiltek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Aquarius

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għal Leo jfisser żmien aktar feliċi riesaq lejk. Agħraf imma tkun kawt għal dak li riesaq lejk. Hu importanti li tieqaf ftit u tirrifletti kemm dak li hemm u kemm għal li ġej sabiex xi nuqqasijiet li stajt wettaqt ma jiġux repetuti. Agħraf sew dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Aries

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku għal Virgo huwa żmien ta’ opportunità li jekk int tagħraf tilqagħha tajjeb u bil-għaqal taf tiftaħlek orizzonti u ideat ġodda ta’ tkabbir madwarek li in qatt ma kont timmaġina imma dan kollu jseħħ madwarek. Jekk int tagħraf tħaddan lilek, agħraf dan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Scorpio

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għal Libra ser iwasslek sabiex turi kemm int persuna responsabbli f’dak kollu li int għandek madwarek u hekk int tibda tħossok aktar int. Għalissa jekk hemm xi ħsieb ta’ xi tibdil fil-madwar, m’għandekx tgħaġġel għal dan imma agħraf biss li taħseb fil-mument.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Taurus

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għal Scorpio se jibda jagħmlek tħossok aktar sdisfatt kemm fil-karriera tiegħek u kemm fil-pjanijiet li għandek għax-xhur li ġejjin. Dan huwa perjodu feliċi għalik, għalhekk int kompli kattar dak li tħoss ġewwa fik.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Leo

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku għal Sagittarius ser jagħmlek tagħraf aktar lilek innifsek. Iffoka għal dak biss li int trid u vera taf li huwa ideali għalik. Tafdax nies li fil-passat tradewk. Għalhekk issa żomm aktar sod f’dak li int tixtieq twettaq u żomm iffukat.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Gemini

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku għal Capricorn ser jagħmlek tagħraf aktar dawk il-bżonnijiet li hemm bżonn jibdew jitwettqu sabiex min issa int tagħraf dan l-iżvilupp tant meħtieġ madwarek. Issa int tista’ trid tiftaħ aktar moħħok u tagħraf dan it-twettiq jibda jitwettaq sabiex tkompli tkabbar aktar lilek innifsek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-istilla li se tħossok sigur magħha ġejja minn Cancer

Namaste

More in Oroskopju