Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces
L-oroskopju mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Aquarius
Ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax int trid tagħraf aktar kif timxi fil-madwar tiegħel fejn f’dan il-proċess trid tagħraf l-imġiba u l-bżonn li twettaq. Irrifletti
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:23, 25, 27 u 29
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Pisces ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però, l-aktar li int tagħraf lilek innifsek hija l-karriera. Dan għaliex ser ikun hemm responsabbilità ġdida għalik li ser iġġib magħha stabbiltà fil-karriera tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 26 u 28
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Aries ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Ser tgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet pożittivi li xorta jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ta’ tħejjija għalik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 28 u 29
Namaste
Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Taurus ser iġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar li se tkun affettwata huwa fil-ħin. Trid tibda tagħraf tqassam ħinek aħjar sabiex issib spazju għalik. Dan jaf ikun ideali għalik sabiex ittejjeb saħħtek. Irrifletti
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 27 u 29
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Gemini ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn tidħol il-karriera. Din hi fażi fejn int trid tkun pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li ser jersqu lejk. Dawn l-isfidi sejrin jiftħulek it-toroq li tant ilek taħdem għalihom.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 27, 28 u 29
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Cancer ser iġib miegħu bosta ċaqliq speċjalment fejn jidħlu dak li tixtieq għalik u dak li hemm fil-karriera tiegħek. Dawn huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin, għalik jafu jkunu front wieħed.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 28
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Leo ser iġib miegħu bosta ċaqliq u dan l-aktar li ser ikun effettiv huwa l-mod ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Hawnhekk trid toqgħod attent għax f’dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet jafu ma jkunux dak li tixtieq inti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 26, 27, 28 u 29
Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Virgo ser iġib bidla kif tippjana l-affarijiet ta’ madwarek. Għalkemm int ma kontx ħażin f’kif tippjana, minn issa se tagħraf tkun aktar perfezzjonista fl-ippjanar u dan jagħtik aktar kunfidenza fik innifsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:25, 26, 27 u 29
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Libra ser iwassal fik il-verità dwar min vera inti. Inutli toqgħod tinħeba wara dik u l-oħra. Wasal iż-żmien li tagħmel iżjed kuraġġ u dan iż-żmien ser joffrilek ideat għal soluzzjonijiet bla ma tiddejjaq aktar int.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26, 27 u 20
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Scorpio ser iwassal għal mument ta’ riflessjoni profonda dwar xi deċiżjonijiet li għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar. Trid tagħraf għal din id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek sabiex issa tkun tista’ taħres biss ’il quddiem. Agħraf sew
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 26 27 u 28
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Sagittarius ser ikollu effett emozzjonali fuqek. Trid tagħraf iżżomm bilanċ għas-sentimentaliżmu li ser jiżdied ġewwa fik għax jekk ma tkunhx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ dan jaf joħloq inċertezza madwarek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 25, 26, 27 u 29
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Capricorn ser ikollha effett fuqek li se jiggwidak sabiex tibda tgawdi ftit aktar il-ħajja ta’ madwarek. Dan mhux qed jagħtik iċ-ċans ta’ spazju biżżejjed għalik imma issa ser issib l-ispazju li int tant għandek bżonn.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa
Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 28
Namaste