L-aħħar qamar kwinta għal dan iż-żodijaku 2019-2020

L-oroskopju mwassal lilkom minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Aquarius ser iwassal ideat ġodda li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fit-tkabbir ta’ madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-ideat anzi agħraf wettaqhom ħalli tkompli tkabbar ħiltek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Aquarius magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Pisces ser iġib aktar tkattir profond f’dak li għandek madwarek. Dan ser ikun dovut għal dak li qiegħed taspira. Dan jista’ jkun il-mument tiegħek. Agħraf żomm ħsibijietek ġewwa fik.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Pisces magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Aries ser ikun mument ta’ iżjed enerġija ġewwa fik. Għandek perjodu ferm interessanti fejn tagħraf dak kollu li trid li jseħħ. Agħraf lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista’ jinfluwenzak fih.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Aries magħrufin għad-determinazzjoni profonda tagħhom

Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Taurus ser ikun ifisser tibdil mill-iskeda li għandek ifformulata madwarek. Dan ser ikun sabiex int tagħraf ittejjeb aktar il-madwar tiegħek u kif se tqassam ħajar. Saħħaħ lilek innifsek għal dak li riesaq lejk.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Taurus huma magħrufin għall-imaġinazzjoni tagħhom

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Gemini  ser ikun ifisser li se tibda tara iżjed id-dawl ta’ dak li int tant trid. Agħraf aktar fejn trid vera tasal u dan ser ikun sinjal sabiex tara l-proġetti tiegħek jittwettqu u tħoss is-sodisfazzjon mixtieq.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom.

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Cancer ser ikun ifisser twettiq tax-xewqa li tant ilek tistenna sabiex dak li dejjem xtaqt isir realtà. Dak li dejjem ħsibt, issa wasal u wasal dak il-mument ta’ aspirazzjoni u nifs f’dak li dejjem xtaqt.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Cancer huma magħrufin għat-tbissima pożittiva tagħhom.

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Leo ser ikun ifisser bidu ta’ attività kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq s’isssa. Din l-attività trid int tħejji tajjeb dwar dawn il-pjanijiet tiegħek sabiex b’hekk tara s-suċċess mistħoqq.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda.

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Virgo ser ikun ifisser riflessjoni profonda tal-esperjenzi passati li għaddejt minnhom. Issa riesaq żmien feliċi lejk. Kun għaqli biżżejjed sabiex mill-passat ikollok gwida tajba sabiex tasal għas-suċċess li tant jixraqlek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Libra ser ikun mument li int se tibda tieħu dawk id-deċiżjonijiet li fil-passat kont titlob opinjoni oħra ħalihom. Finalment trid tkun int li tasal għal dik id-deċiżjoni u tagħraf iżjed twettaq dak li tixtieq.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Libra huma magħrufin għat-tmexxija bbilanċjata tagħhom.

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Scorpio ser jurik kif int għandek tieħu d-direzzjoni għal dak li riesaq lejk fi żmien qarib. Ftakar biss li f’dan il-mument kulma tagħmel irid ikun ta’ sodisfazzjon sabiex ħiltek tkun imwettqa u t-tkabbir li tant tixtieq jibda jagħti l-frott.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil ddettaljat tagħhom.

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Sagittarius ser ikun bidu ta’ tħejjija sabiex iżżomm mal-pass li trid iżżomm u mal-ħsiueb li kellek qabel. Ftakar biss li int trid tara dak it-tkabbir jikber. Emmen iżjed fik innifsek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom.

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F’dan l-aħħar qamar kwinta ta’ dan iż-żodijaku għal  Capricorn ser ikun mument li tħoss iżjed dak is-sodisfazzjon tas-suċċess li tant ħdimt għalih. Dan is-sodisfazzjon ikompli jiftaħlek aktar opportunitajiet sabiex ħilietek ikomplu jespandu. Żomm kawt.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru lill-oħrajn.

Namaste

More in Oroskopju