L-ewwel Żodjaku tal-istilla ta’ Taurus
Mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju
Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Għall-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aquarius ser joħloq ftit tensjoni madwarek, dan l-aktar li ħa jaffetwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek imma jaf ikun effettiv fir-relazioni li int għandek, ser tara bħal kollox ġej ħażin pero żomm lilek iffokat sabiex dan jgħaddi maljar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 19, 21, 22 u 25
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Virgo. Namaste
Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Pisces ser jagħmlek xi ftit imfixkel bejn l- imħabba li kellek fil-passat għal dak li int fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik ftit ta’ konfużjoni, għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent u ħares biss il-quddiem.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 21, 24 u 25
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Cancer. Namaste
Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aries ser ikun perjodu ta’ kif tagħraf tiddeċidi għal xi diċiżjonijet li ġejjin fil-viċin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik, għalhekk int trid tagħraf iżżomm kemm tista’ tkun kawt sabiex tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet għal dak li riesaq lejk.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ t-Tlieta.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 19, 20, 23 u 24
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Leo. Namaste
Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Taurus ser jagħmlek tagħraf aktar il-bżonnjiet personali tiegħek l-aktar dawk li joltqu lilek direttament, għalhekk ikun tajjeb li dan il-perjodu iddur dawra madwarek sabiex meta jasal aktar mument ta’ pressjoni fil-karriera, int tkun aktar imħejji u ppreparat.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 22, 23 u 24
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Capricorn. Namaste
Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Gemini ser ikun mument aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu,għalhekk agħraf aħtaf din l-oppurtunita sabiex tagħraf timxi aktar fil-karriera tiegħek. Dan ser ikun mument ta’ aktar oppurtunitajiet sabiex turi il vera kapaċitajiet li int tħaddan.
L-aktar jum idejal għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 19, 21, 23 u 25
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Aquarius. Namaste
Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Cancer ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbilta’ tiegħek. Parir dejjem ikun ta’ linja gwida f'dan listadju, pero għasal sa’ hemm u żid dak li hemm ġewwa fik sabiex f'dan l-isfond int tkun f 'pożizzjoni li tibqa’ tisaħħaħ u titkattar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 22, 23 u 24
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Taurus. Namaste
Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Leo ser ifisser li sejjer tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilta’ ta’ dak li int tant qed tiffoka fuqu. Issa int sejjer tkun iffokat fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 22, 23 u 24
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Scorpio. Namaste
Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Virgo ser toffrilek toroq aktar miftuħa ta’ opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke f'dawk l-affarijiet ta’ madwarek. Bħalissa l-aktar li qed tispikka hija linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik, pero’ int trid tkun moħħok iffokat.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 19, 21, 23 u 25
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewia għalik ġejja minn Gemini. Namaste
Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Libra ser ifisser mument ta’ taqbida sabiex tagħraf aktar timxi profondament b'moħħok. Dan huwa perjodu fejn int trid tagħraf ukoll l-esperjenzi passati sabiex flimkien ma’ dak li int taħseb, tkun tista’ tilqa’ għal dak li riesaq lejk, dan ser jagħmlek aktar motivat.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 22, 24 u 25
L-istilla ta’ aspirazzjoni siewja ġejja minn Pisces. Namaste
Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Scorpio ser ikun ifisser li trid trattab aktar ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għal l-ieħor. Dan jaf ikun ta’ xkiel mill-att ta’ karriera, għalhekk għaraf kun aktar flessibli sabiex ma’ teħilx minn dak l-iżvilup li int qed tistenna.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 21, 23 u 24
L-istilla li hi ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Taurus. Namaste
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Għal-bidu ta’ dan iż-żodajku ta’ Taurus għalik Sagittarius ser ikun mument li int trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi soltu ma’ kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Aħjar tkun ftit aktar imħejji u ovjament tagħti ftit aktar attenzjoni sabiex int tkun aktar tista’ tissaħħaħ fil- madwar kollu tieghek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn:19, 21, 23 u 25
L-istilla li hi ta’ aspirazzjioni siewja għalik ġejja minn Libra. Namaste
Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Għal-bidu ta’ dan iż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Capricorn ser ikun perjodu fejn ser joffrulek opportunita’ pożittiva immens f'kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha, imma dan iseħħ biss jekk dejjem int temmen fik innifsek, għalhekk huwa mument li tkun iffokat fuq dak biss li hu neċċessarju.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 20, 22, 24 u 25
L-istilla li hi ta’ aspirazzjoni siewja għalik ġejja minn Aries. Namaste