L-Oroskopju taħt iż-Żodjaku ta’ Taurus
Mill-Ħadd 26 ta' April, sas-Sibt 2 ta' Mejju
Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li huwa dak il-mument opportun li tagħraf dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f'dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmilha possibli li tirċievi dak kollu li minn issa jista’ jagħmlek aħjar.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26, 27, 29 u 1
Aquarius huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru. Namaste
Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku ta’ Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa tidħol fil-passat tiegħek u dan ovvjament jaf joħloq xi problemi kemm lilek u il-madwar, għalhekk għaraf li l-passat huwa passat sabiex b'hekk biss int tkun tista’ timxi il- quddiem.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27, 29 ,1 u 2
Pisces huma magħrufin għas-sensittivita tagħhom. Namaste
Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku ta’ Aries ser ikun mument inċert f'dak li int trid twettaq. Dan ser joħloq ftit ta’ tensjoni imma int trid tagħraf issaraf l-abbilta’ magħrufa tiegħek biex b'hekk inti tkompli miexi b-determinazzjioni u tħares il-quddiem f'dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek sabiex tkabbar aktar l-istabilta’ tiegħek.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26, 28, 30 u 1
Aries huma magħrufin għat tfassil dettaljat tagħhom. Namaste
Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm int ser tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjioni li int għandek. Żomm il- bilanċ sabiex tevita konsegwenzi.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 2
Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku ta’ Gemini ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi aktar b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni. Issa dan ser tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Għalhekk għaraf żomm dan il-pass.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1
Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abilta’ tiegħek sabiex b'hekk inti tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anke tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa tirbaħ dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru. Ghalhekk kun imħejji aktar.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 27, 30 u 2
Cancer huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste
Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek, fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa sejjer jinbidel kompletament. B'hekk ser tagħraf tieħu kontroll aktar tal-madwar kollu tiegħek. Agħraf din l-isfida li hemm riesqa lejk.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 28 , 29 u 30
Leo huma magħrufin għad-direzzjioni tagħhom. Namaste
Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-żodjaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li ser jagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali u kemm ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik u dan ser isarraf sabiex inti turi aktar l-abilta’ tiegħek f'dak li inti trid tesprimi u twassal. Għaraf sew din il-fażi.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 28 , 30 u 2
Virgo huma magħrufin għall-motivatazzjoni tagħhom. Namaste
Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b' aktar maturita’ u għaqal f'dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li inti għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza miksuba sabiex finalment tirbaħ dak li verament tixtieq.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 29 u 1
Libra huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom. Namaste
Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku ta’ Scorpio ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex dak li ġej madwarek tiffaċjaħ b'aktar kalma u trankwilta’ u b'hekk timmatura lilek innifsek.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 28 , 29 , 1 u 2
Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodjaku ta’ Sagittarius ser ikun iffiser mument ta’ ftit aktar ta’ tensjioni madwarek aktar mis- soltu. Issa minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u ferm aktar is- sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat, pero’ finalment int ser tkun rebbieħ.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1
Sagittarius huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek iżomm lilek iffukat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma’ tikkomettix ċertu żballji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi, imma tkattar dak li ġej u ovvjament tisaħħaħ iżjed.
L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 30
Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste