L-Oroskopju taħt iż-Żodjaku ta’ Taurus
Oroskopju mill-Ħadd 3 ta' Mejju, sas-Sibt 9 ta' Mejju
Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Aquarius ser ikun għalik mument sabiex tagħraf l-aktar affarijiet importanti li int għandek madwarek. Ovjament, dan ikun iż-żmien opportun tiegħek li int tibni l-madwar tiegħek. Għaraf ħejji tajjeb sabiex tisaħħaħ f'dak li hemm riesaq lejk.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: Aħmar u Vjola.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Aquarius huma magħrufin għal gwida li jafu joffru. Namaste
Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Pisces ser iwasslek f'dak il-mument li tagħraf tirbaħ u tkattar lejk dak kollu li int tagħraf trid. Int bħalissa għandek l-isbaħ żmien li tisaħħaħ f'kull parti tal-ħajja li int trid. Għaraf dan il-mument importanti li jwasslek għal-aktar stabilita’.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: Roża u Isfar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Pisces huma magħrufin għas-sensittivita tagħhom. Namaste
Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Aries huwa żmien ta’ kalma. Il-kalma ġewwa fik hi perjodu fejn se tagħraf dak li hemm ġewwa fik minħabba ostakli differenti li ġejjien u minħabba f'hekk int m’għandekx għalfejn titlef din il-kalma. Anzi għaraf aktar ħu dan iż-żmien b'għaqal.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: Iswed u Vjola.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste
Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Taurus ser jiftaħlek il-possibilta’ li int tkattar aktar il-ħajja ta’ madwarek. Tista’tkompli tikber fil-karriera tiegħek, tista tkattar l-imħabba tiegħek u jistgħu jinfetħu toroq ġodda li forsi kienu magħluqin. Ħares il-quddiem b'aktar pożittivita’ sabiex twettaq.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: Blu u Aħdar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tlieta.
Taurus huma magħrufin għat tmexija intensiva tagħhom Namaste
Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-Żodiaku tal-Qamar Kwinta għal Gemini ser jagħtik iċ-ċans tagħraf id- differenzi li int esperjenzajt, sabiex minn dawn l-esperjenzi int tkun tista’ tqassam aħjar bejn il-karriera u l-ħin ta’ benefiċju għalik. Il-bilanċ huwa ferm importanti minn issa l-quddiem, għalhekk għaraf sew dwar dan.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: Isfar u Kannella.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Gemini huma magħrufin li jagħrfu jimxu mal-mument. Namaste
Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Cancer ser ifisser mument li tagħqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt sabiex tiġi għal konkluzjonijiet. Issa għamilt biżejjed sabiex tisma’. Issa ieqaf u rifletti fuq dak kollu li smajt u iddeċiedi. Wasal il-mument li tkattar minn dak imħejji għalik.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: Oranġjo u Aħmar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Cancer huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehema soda. Namaste
Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Leo huwa żmien ta’ ippjanar f'dak li int tant ilek taħseb għaliħ. Dan huwa perjodu għalik ta’ konċentrazzjoni għal dak l-ippjanar ta’ immportanza massima. Taqtax qalbek minn dak li tara li huwa difficili imma żomm lilek iffukat u konċentrat.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: Blu u Isfar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Leo huma magħrufin għal direzjoni pożittiva tagħhom. Namaste
Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Virgo huwa żmien profond ta’ iffukar fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Iffukar fuq il-proġetti li għandek imħejija għax-xhur li ġejjin, dan sabiex int tkompli ċ-ċirku mistiku ta’ madwarek u hekk tkompli bil-pjanjiet li hemm ippjanati.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: Isfar u Oranġjo.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Virgo huma magħrufin għall motivazjoni tagħhom. Namaste
Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Libra ser iwasslek għal aktar għarfien li int akkwistajt matul dawn l-aħħar ġimgħat. Jekk int tħares lura u tagħraf dak kollu li int wettaqt se tħoss ċertu sodifazzjioni u dan ser ikun biżżejjed sabiex int tagħraf kemm int verament kapaċi f’ħiltek. Irrifletti.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: Oranġjo u Isfar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ t-Tnejn.
Libra huma magħrufin għall immaġinazjoni tagħhom. Namaste
Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Scorpio ser iddaħlek f'mument li tirrifletti eżattament minn dak li int esperjenzajt fil-passat sabiex minn dak li esperjenzajt tużaħ fix-xhur li ġejjin. B'hekk int se tibni pedament aktar fis- sod b'aktar tkabbir madwarek għal futur tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: Aħmar u Kannella.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Gimgħa.
Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Sagittarius ser jagħrfek li int għandek tagħraf aktar lil dawk li madwarek verament huma persuni ġenwini, li dejjem tawk dak l-appoġġ meħtieg l-aktar meta int għaddejt minn mumenti diffiċli. Għaraf dan u ftakar dejjem.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: Aħdar u Isfar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Sagittarius huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna. Namaste
Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Capricorn ser iwasslek għal tħejjija sabiex int tagħraf eżattament dak li huwa tajjeb għaż-żmien li ġej. Int għandek tagħraf li issa huwa l-mument sabiex tibni aktar lilek. B'hekk għandek tisaħħaħ aktar għal dak li riesaq lejk. Irrifletti.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: Blu u Isfar.
L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste