Bidu tal-Oroskopju ta’ Żodjaku ta’ Cancer

Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Aquarius ser ikun ifisser aktar impenn ta’ responsabilita’ madwarek.  Hekk int ser tagħraf turi aktar il-kapaċitajiet tiegħek.  B'hekk minn naħa l-oħra int trid ittejjeb iżjed it-tqassim ta’ l-iskeda li issa ovjament ser tinbidillek.  Dan kollu ser ikun ta’ iżjed stabbilita’ madwarek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Scorpio. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 25 u 27.   Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek.  Dan ser jagħmlek li tagħti aktar osservazzjoni kemm biex int ittejjeb il-madwar tiegħek u kemm sabiex twessa aktar l-abbilita’ f'dak li int għandek.  Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b'mod aktar għaqli. Għaraf. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Leo.

Dati ideali ghalik għal din il-ġimgha huma: 22, 23, 25 u 26.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Aries ser ikun ifisser aktar impenn ta’ preparazzjoni f'dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista’ ittejjeb aktar lilek aħjar sabiex mill-esperjenzi tal-passat int tagħraf taddatta aħjar dak li l-futur ser jipprovdilek. Tajjeb li tagħmel ftit mumenti ta’ riflessjoni. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Libra.

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 24, 26 u 27.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Taurus ser ikun ifisser aktar impenn f'dak li hemm madwarek. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi esperjenzi iebsa, iżda ser jagħmlek tagħraf aktar int fejn vera trid tħares fit-twettieq tiegħek.  Ovjament dan jagħmlek aktar tħares b’serenita’ lejn dak li ġej. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Gemini. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 25 u 26.  Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Gemini ser ikun ifisser aktar impenn dwar il-pjanijiet li hemm imħejjin li twettaq.  Hekk li dan ser jagħtik ċans ta’ dawra sħiħa madwarek kemm mill-lat kif issa ħa tibda tippreżenta lilek sabiex ovjament tasal fejn dak li tant tixtieq.  Irrefletti sew. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Sagittarius. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 25 u 27.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Cancer ser jagħmlek tanalizza li kollox għandu ż-żmien u l-ħin tiegħu. Għalhekk dak li int għaddej minnu bħal issa int ser toħroġ minnu basta biss tagħraf timxi b'moħħok jista’jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta’ parir bħala mezz ta’ gwida f’din il-fażi.    

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Capricorn. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:  22, 23, 26 u 27.  Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Leo ser jagħmlek iddur madwarek sabiex tagħraf jekk hux il-mument ideali.  Dan żgur ser tkun tafu fil-ġimgħat li ġejjin għalhekk int trid tkun ferm kawt imma osserva dejjem ħalli tkun tista’ tanalizza dak kollu li jkun għaddej u minn hemm tieħu direzzjoni ġusta għalik. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Aquarius. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 21, 23, 25 u 26.  Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Virgo ser ikun mument ta’ pressjoni iżda ipprova bbilajnċja kollox f'dak li hemm madwarek, huwa importanti li toħroġ b’determinazzjoni kollha tiegħek possibli, għalkemm uħud minn madwarek mhumiex jaraw li sejjer jirnexxilek iżda żgur li ser tħalli lil kulħadd sorpriż.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Cancer. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 22, 23, 26 u 27.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Libra ser ikun mument ta’ xi suġġeriment li ser iġegħlek taħseb li wasal żmien li tbiddel l-istil ta’ madwarek ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin u kemm biex int tagħraf aktar lilek.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Aries. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 22, 25 u 27.  Namaste  

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Scorpio ser jagħmlek tkun tħossok aktar persuna matura u dixxiplinata. Din l-esperjenza ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqek ma’ persuni ġodda bi probabilta’ ukoll ta’ pjanijiet ġodda.  Biss trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan u trid turi li dak li int tidħol għalih tkun kapaċi. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Taurus. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 26.  Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Sagittarius ser ipoġġik f’sitwazzjoni ta’ xi ħsibijiet li minn dan żgur tibda tħossok li għandek bżonn xi forma ta’ parir.  Int għandek esperjenza vasta mill-passat. Għalhekk bejn din l-esperjenza u l-parir ta’ gwida ser tikkombina tajjeb għal dak li riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Pisces. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 27.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Cancer għalik Capricorn ser ikun mument li qed tħoss il-pożizzjoni finanzjara ta’ madarek sejra ħażin u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Imma jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan sabiex tibda’ timmaniġja l-infieq tiegħek dan ikun ta’ gwadann għal ġimgħat u xhur li ġejjin. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta’ Virgo. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 26 u 27.  Namaste

 

More in Oroskopju