L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ Cancer
Mill-Ħadd 28 ta' Ġunju sas-Sibt 4 ta' Lulju
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku għalik Aquarius ser ikun mument aktar stabbli minn dak li int kont qed tesperjenza dan l-aħħar. Għalhekk aħtaf din l-oppurtunita' sabiex tagħraf timxi aktar b'determinazzjoni. Dan huwa perjodu fejn int issa tista’ twessa’ aktar l-abbilita' tiegħek, tibżax minn dak li riesaq lejk.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 1, 3 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Scorpio. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf aktar il-bżonnjiet personali li int għandek u trid tibda’ twettaq. Għalhekk ikun tajjeb li f'dan iż-żmien iddur dawra madwarek sabiex tagħraf aktar kif tista’ tibbilanċja aktar it-tqassim ta’ madwarek u fl-istess ħin tħares lejn aktar stabbilta’.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 1 u 3.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Taurus. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku għalik Aries ser jagħmlek tirrifletti u tkun aktar attent ta’ kif tagħraf tiddeċiedi xi deċiżjonijiet li resqin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik u din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu tensjoni fik. Għalhekk int trid tagħraf iżomm kemm tista’ tkun kawt sabiex ma tagħmilx diċeżjonijiet magħaġġla.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Leo. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku għalik Taurus ser ikun mument li jagħmlek xi ftit imfixxkel bejn dak li kellek fil-passat u dak li int fil-preżent. Dawn huma fażjiet ta’ riflessjoni li jafu joħolqu fik ftit ta’ konfużjioni. Għalhekk int għandek biss tiffoka fuq dak li għaddej minnu fil-preżent sabiex tkompli tissaħħah aktar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 29, 1 u 3.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Cancer. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun mument ta’ aktar riflessjoni mis-soltu. Dan jaf ikollu xi effeti għal mod kif ser tkun tiddeċiedi dwar deċiżjonijiet li hemm resqin lejk, iżda jekk int tagħraf din il-gwida li qed taqra, dan il-mument jgħaddi aktar malajr milli taħseb. Għalhekk agħraf iżjed u emmen aktar fik innifsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 3 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Sagittarius. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku għalik Cancer ser ikun mument ta’ aktar opportunitajiet li resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Int trid tkun aktar fiduċjuz u trid temmen aktar fik inifsek. Din hija fażi fejn int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek sabiex b'hekk titkattar aktar l-istabilta' ta’ madwarek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Gemini. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku għalik Leo ser jagħmlek toqgħod ftit aktar attent lejn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħtih l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed f'fażi ta’ ċertu tibdil li minħabba f'hekk trid toqgħod ftit aktar attent kif ser twettaq dan it-tibdil li riesaq lejk sabiex tkun tista’ issaħħaħ il-madwar tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 1 u 3.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Libra. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-żodjaku għalik Virgo ser ikun ifisser li trid isaħħaħ xi deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Aktar minn qabel, minn issa l-quddiem, ser ikun hemm bżonn ta’ aktar konċentrazzjoni sabiex dak kollu li ser tiddeċiedi, ser ikun biss dak li huwa verament ideali għalik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 3 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Capricorn. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku għalik Libra ser ifisser mument sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok, b’hekk int tkun tista’ timxi b'aktar abbilita’ rigward xi deċiżjonijiet li trid tagħraf tieħu. Jekk int jirnexxielek tagħmel dan ser tagħraf kemm hi kbira l-kapaċita’ tieghek, għalhekk għaraf kun aktar fiduċjuz fik innifsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 29, 1 u 3.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Virgo. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku għalik Scorpio huwa dak il-mument li ser jinfethulek aktar toroq ta’ opportunatijiet fil-karriera tiegħek, pero’ bħal issa l-aktar li qed tispikka hija d-deciżjoni dwar bidla personali li qegħda tħassbek xi ftit. Taqtax qalbek. Wettaq din il -bidla meħtiega sabiex b'hekk int tkompli tkun pożittiv.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 29, 30, 2 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Pisces. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser iffiser li ser tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilta' ta’ dak li int tant ilek tiffoka fuqu. Issa int ser tkun iffokat iżjed fuq il-madwar tiegħek aktar mis-soltu. Dan ser jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, pero’ agħraf żomm bilanċ.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 1, 3 u 4.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Aquarius. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbilta' tiegħek sabiex ma toqgħodx timxi aktar fuq il-pariri ta’ ħaddieħor. Li tieħu parir ikun dejjem utli imma minn hemm il-quddiem għandek tkun b'saħħtek iżejd sabiex tasal għal konklużjonijiet fuq dak li tħoss gewwa fik. Wasal iż-żmien li taqdef għal rasek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 28, 30, 2 u 3.
L-istilla kombinata miegħek ġejja minn Aries. Namaste