L-Oroskopju mill-Ħadd 5 ta' Lulju sas-Sibt 11 ta' Lulju
L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ Cancer
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F'dan il-qamar kwinta għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf li deċiżjoni li ħadt setgħet kienet xi ftit magħġla u minn dak li qiegħed jiġri madwarek issa trid tagħraf kif ser idawwar is-sitwazzjoni ħalli kemm jista jkun maljar ma’ jkunx hemm konsegwenzi li jistgħu jitfgħu lilek f’sitwazzjoni aktar ikkumplikata. Irrefletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Gemini.
Aquarius huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F'dan il-qamar kwinta għalik Pisces ser jagħmlek tieħu deċiżjoni dwar dak li issa riesaq lejk. Barra li tridtagħmel ħsieb profond, dan jaf ikun ukoll żmien ta’ riflessjoni, sabiex dak li bħalissa, huwa l-mument ta’ kif twettaq, xorta waħda int trid tibqa’ iffokat fuq dak li verament tixtieq.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Capricorn.
Pisces huma magħrufin għal abbilta’ organiżżata tagħhom. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F'dan il-qamar kwinta għalik Aries ser ikun għarfien ta’ nuqqas ta’ fiduċja f'kollega li int tafda b'għajnejk magħluqa. Qed tinduna li jista’ jkun ma’ hijiex dik il-persuna kredibbli li int kont taħseb. Pero peress li int qiegħed f'dubju dwar dan tajjeb li tagħmel bħal eżami u b'hekk isseraħ moħħok.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Cancer.
Aries huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F'dan il-qamar kwinta għalik Taurus ser jagħmlek tagħraf li l-ħajja xi kultant mhux dejjem ħa tkun kif tixtieqha. Bħalissa għaddej minn fażi delikata ħafna li jekk ma’ toqgħodx attent taf tkun waħda aktar ikkumplikata. Agħaraf li din hi fażi. Emmen iżjed fik innifsek sabiex din il-fażi tgħaddi aktar malajr.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Libra.
Taurus huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F'dan il-qamar kwinta għalik Gemini ser ippoġik bejn żewġ toroq ta’ proġetti li ovjament dan ser ikun ta’ ħsieb profond ta’ liema triq fil-preżent hi l-aktar vijabbli għalik. Għalhekk int issa għandek tagħraf timxi fuq deċiżjoni għaqlija li barra tkun utli għalik tħallik fi stabbilita’.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Virgo.
Pisces huma magħrufin għal abbilta’ tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F'dan il-qamar kwinta għalik Cancer ser jagħmlek tagħraf iżjed lil min int tista’ tafda jew le u jekk tafda sa kemm tista’ tasal li tafda u lill min tafda. Dan qiegħed iseħħ madwarek minħabba l-esperjenzi li għaddejt fil-passat. Għalhekk irrifletti ftit dwar din ir-realta’ sabiex tagħraf timxi aktar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Aries.
Cancer huma magħrufin għal attenzjoni li jagħtu. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F'dan il-qamar kwinta għalik Leo ser jagħmlek tavvanza u tissaħhaħ fil-proġetti li kellek ippjanati u tant kont ilek tistenna li tibnihom iżda dan għandu jibda jitwettaq b'galbu sabiex ma’ jinħoloqx xi żbilanċ fil-madwar tiegħek. Għalhekk int trid tagħraf tqassam sew il-madwar f’bilanċ. Għaraf.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Scorpio.
Leo huma magħrufin għal istabillta’ tagħħom. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Virgo ser jagħmlek tagħraf kemm il-ħajja ta’ madawrek riesqa lejn tkabbir.Għalkemm ser ikun hemm bosta irwiefen jonfu kontra tiegħek xejn ma’ hu sejjer jżżomok milli tkompli tissaħħaħ u tkompli tavvanza fil-karriera. Iffoka biss fuq dak li int tħoss fik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Pisces.
Virgo huma magħrufin għal flessibbilta’ tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F'dan il-qamar kwinta għalik Libra ser tagħraf kemm trid tikkumbatti sabiex iżżomm lura minn xi kumplikazzjonijet fil-madwar, l-aktar fil-karriera. Għandek ħafna pjannijiet sbieħ ta’ tkabbir imma bħal qisek m’intix fiduċjuż biżżejjed. Taqtax qalbek, ħares il-quddiem u emmen iżjed fik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Sagittarius.
Libra huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Scorpio ser jagħmlek tagħti aktar attenzjoni dwar il- kundizzjoni ta’ saħħtek fejn l-aktar li jinħass hu l-bżonn li tiffoka fuq it-tħejjia ta’ skeda ta’ dieta bilanċjata u trid tagħraf kif ħa ssib ħin biżżejjed sabiex tibda xi forma ta’ eżerċizzju. Irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Taurus.
Scorpio huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Sagittarius ser jagħmlek tagħraf kemm issa trid aktar temmen fik innifsek sabiex ma’ taqtax qalbek minn dak li qed tesperjenza fil-preżent. L-importanti li żżomm lilek innifsek kawt u li bil-galbu timxi pass pass. B'hekk int se tagħraf tkattar iżjed l-istabbilta’ tal-madwar tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Leo.
Sagittarius huma magħrufin li jservu ta’ pont ta’ għaqda. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F'dan il-qamar kwinta għalik Capricorn ser jagħmlek tkompli tkabbar il-potenzjal tiegħek fil-karriera tiegħek. Pero għal dan it-tkabbir issa trid tagħraf kif ħa żżomm bilanċ bejn il-karriera u l-madwar tiegħek sabiex ma’jkunx hemm xi żbilanċ u b'hekk tkun tista’ tkompli tavvanza.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku l-aktar li ser tħossok komdu fil-preżent hi dik ta’ Aquarius.
Capricorn huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste