L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ Leo
Mill-Ħadd 26 ta' Lulju sas-Sibt 1 ta' Awwissu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu minħabba dak li int fil-preżent għaddej minnu. Imma din fażi u ser toħroġ minna, basta tagħraf timxi b'moħħok biex b'hekk terġa taqbad ir-ritmu ta’ stabilta’ li tant hi bżonjuża. Għaraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser ikun ifisser aktar impenn ta’ responsabilta’ fil-madwar kollu tiegħek. Hekk int ser tagħraf turi kemm int responsabbli. Minn naħa l-oħra int issa ser tagħraf kemm huwa mportanti li t-tejjeb il-madwar tiegħek. Dan sabiex tagħraf aħjar dak li hemm riesaq lejk.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer.
Pisces huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek. Hekk li minn issa int ser tagħti spinta kemm biex ittejjeb iżjed il-ħidma tiegħek u kemm biex twessa aktar ħiltek. Dan trid tagħraf tagħmlu b'mod għaqli sabiex b'hekk tkabbar dak li tixtieq.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio.
Aries huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser ikun iffiser impenn ta’ preparazzjoni f'dak li għandek riesaq lejk sabiex int tkun tista’ ittejjeb aktar il-kapaċitajiet tiegħek. Persuna ser tavviċinak u ser toffrilek opportunita’. Għaraf ħu parir sewwa qabel tagħmel xi pass lejn din l-opportunita’.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo.
Taurus huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun iffiser aktar impenn dwar proġetti li trid tibda twettaq. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazjonjiet delikati xorta waħda int kapaċi tasal fejn vera tixtieq tasal, Għaraf imxi iżjed b'moħħok. Għalhekk irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgha.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius.
Gemini huma magħrufin għas-sensittivta’ li joffru. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun iffiser aktar impenn lejn dak li verament tixtieq għalik. Għalhekk issa din il-fażi ser tagħtik iċ-ċans ta’ dawra kompluta madwarek kemm mill-lat ta’ kif tibda tippreżenta lilek innifsek, kif ukoll biex torganiżża l-madwar tiegħek kif ukoll fid-dehra tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius.
Cancer huma magħrufin għal-burdata stabbli tagħhom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser iġiegħlek taħseb li wasal żmien li tbiddel l-istil ta’ madwarek. Ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk kif ukoll biex int tagħraf lilek innifsek aktar. Għalhekk tajjeb li tagħmel riflessjoni dwar dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser jagħmlek tħossok persuna aktar dixxiplinata. Din is-sitwazzjoni ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqgħek ma’ persuni ġodda bi probabilta’ ta’ proġetti ġodda. Biss trid tagħraf tkun imħejji sew u li lest tkun kapaċi għal dan it-twettieq.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini.
Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Libra ser iwasslek għal fażi ta’ trankwillita’ fejn int kemm jista’ jkun trid tipprova żżomm lilek innifsek kalm. Ipprova għaraf dak li esperjenzajt fil-passat sabiex ma’ terġax tirrepetieħ u b’hekk tkun tista’ tħares aktar b'fiduċja u stabbilta’ lejn dak li riesaq lejk.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo.
Libra huma magħrufin għal-bilanċ li huma kapaċi iwwetqu. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf li dan huwa l-mument fejn tagħraf li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ madarek sejra lura u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Iżda jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan finanzjarju dan ikun ferm utli ghalik għal stabbilta’.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Capricorn.
Scorpio huma magħrufin għal-istabillta tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser jagħmlek tagħraf kemm huwa mportanti li minn issa tibda iżjed toħroġ il-qawwa kollha tiegħek. Għalkemm uħud minn dawk ta’ madwarek mhumiex jaraw li sejjer jirnexxilek twettaq dan il-pass kbir li ser tagħmel. Ibqa żgur li ser tħalli lill kullħadd sorpriż.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra.
Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser jagħmlek iddur dawra madwarek. Għalhekk f'dan il-perjodu int għandek tosserva aktar dak kollu li jibda’ iseħħ madwarek sabiex b'hekk int tkun tista’ tanaliżża dak kollu li jkun għaddej u minn hemm int tkun tista’ tieħu direzzjoni ideali għalik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus.
Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste