L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ Leo
Mill-Ħadd 2 ta' Awwissu sas-Sibt 8 ta’ Awwissu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku għalik Aquarius ser joffrilek aktar għarfien ta’ kif int ser tikkonfronta lill min bħal qisu ser jipprova jgħaddik minn għajn il-labra. Issa int trid toqgħod ferm attent għax dak li int ser tħoss ġewwa fik mhux sejjer jkun dak li int tħoss normali u meta’ tiġi kontra l-kurrent, taf tkun xi ftit aktar agressiv. Irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Scorpio.
Aquarius huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku għalik Pisces ser ikun ta’ impatt fil-mod ta’ kif int ser tibda’ tħejji l-ħsieb li jiġġenera ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid it-tieni opinjoni dwarhom. Għalkemm fl-aħħar tkun int li tasal sabiex twettaq id-deċiżjonijiet li resqin lejk. Għalhekk għaraf dan sew.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Leo.
Pisces huma magħrufin għat-tmexxija tagħom. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku għalik Aries ser jurik kif int għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk. Fiż-żmien qrib ta’ din id-deċiżjoni ser issir taf li ser ikollok impatt differenti fil-format tal-ħajja minn dik ligħandek illum u kif qed tagħmila. Ftakar biss li f'dan il-mument int trid temmen iżjed fik iniffsek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn.
Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku għalik Taurus ser ikun bidu fejn int tibda’ tippjana jew tħejji lilek innifsek biex tkun ferm aħjar minn dak li int fil-preżent. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek toħloqx inċertezza. Ftakar biss li minn issa int ser tkattar aktar l-istabbilta’ tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Libra.
Taurus huma magħrufin għas-sensittivita’ tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku għalik Gemini ser ikun kif int trid tkattar aktar l-impatt tiegħek fil-mod kif minn issa ser tkabbar dak li int akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi ftit mumenti ta’ tfixkil, mill-esperjenzi personali tiegħek tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek mhux biss iżżommu anzi tkabbru.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius.
Gemini huma magħrufin għal-gwida li jafu joffru. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku għalik Cancer ser ikun iffiser bidu ta’ idejat ġodda, idejat li jafu jkunu fundimentali f'dak li hemm preparat għalik sabiex tkompli tkabbar ta’ dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-idejat anzi għaraf wettaqhom sabiex tisaħħaħ aktar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius.
Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku għalik Leo ser ikun iffiser tisħiħ aktar profond f'dak li int għandek madwarek. It-tkabbir li hemm ġej huwa kollu dovut għal dak li int ġewwa fik qiegħed taspira u xejn aktar. Għalhekk dan jaf ikun il-mument tiegħek. Għaraf żomm ħsibijietek ġewwa fik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Aries.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-żodjaku għalik Virgo ser ikun iffiser aktar enerġija pożittiva favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma’ kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti fejn int ser tagħraf dak kollu li int vera trid u tixtieq. Dan jista’ jiġi lejk. Għaraf biss lilek innifsek u mhux min jista’ jinfluwenzak.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Gemini.
Virgo huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku għalik Libra ser ikun iffiser li wasal iż-żmien li tbiddel l-iskeda li int għandek ifformulata madwarek. Dan ser iseħħ sabiex int tagħraf aktar it-tajjeb, mhux biss ta’ kif tippjana jew tqassam il-karriera tiegħek, iżda ukoll kif għandek twettaq iżjed it-tisħiħ ta’ madwarek kollu.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Pisces.
Libra huma magħrufin għall-immġinazzjoni tagħom. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku għalik Scorpio ser ikun mument fejn ser tibda’ tara iżjed id-dawl ta’ dak li int tant ilek tistenna. Dan ser ikun dak is-sinjal li minn issa ser tibda’ tissaħħaħ fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek. Għalhekk għaraf dan il-mument sabiex taħtaf kull opportunita’ ġenwina li riesqa.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus.
Scorpio huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun iffisser il-bidu tal-ħolma tiegħek li int tant ilek tistenna sabiex twettaq. Dak li dejjem xtaqt u ħsibt, fl-aħħar mill-aħħar ser taraħ iseħħ rejalment. Issa fl-aħħar wasal dak il-mument fejn int tibda’ taħsad minn dak li żrajt. Irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo.
Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun iffisser bidu ta’ attivita kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont attwalment qed twettaq. Pero’ din l-attivita’ issa trid li jkollok tħejjija aktar pożittiva għat-twettiq tal-pjan li trid twettaq. Żomm lilek innifsek iffokat u ħares il-quddiem.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Iż-żodjaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer.
Capricorn huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste