It-tieni ġimgħa taħt iż-żodjaku ta’ Virgo
Mill-Ħadd 30 ta' Awwissu sas-Sibt 5 ta' Settembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf tippjana b'mod aktar kawt. Għalkemm int ma’ kontx ħażin rigward kif tipjana, dan huwa l-mument fejn sejjer jagħtik aktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek sabiex b'hekk jagħmlek aktar tagħraf lilek innifsek. Għalhekk irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 3 u 5.
Aquarius huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf aktar mill-viċin int min vera int. Inutili toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet. Wasal il-mument li int tagħmel iżjed ħeġġa u kuraġġ ġewwa fik u dawn flimkien ser ikunu s-soluzzjoni sabiex int tersaq u tagħraf aktar lilek innifsek. Għaraf sew dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 1, 2, 4 u 5.
Pisces huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku għalik Aries ser ikun mument ta’ riflessjoni profonda dwar deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax taħli aktar żmien, iżda għasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn titieħed. Wara dan il-pass int ser tħossok aħjar. Ħares biss il-quddiem.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 31, u 4.
Aries huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku għalik Taurus ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u għalhekk trid tagħraf iżomm ħafna bilanċ għal mod ta’ sentiment li sejjer jiżdied ġewwa fik. Jekk int ma tkunx kapaċi iżomm il-bilanċ meħtieg, il-quddiem jista’ joħloq ċertu anzjeta żejda. Irrifletti.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 1, 3, 4 u 5.
Taurus huma magħrufin għal-abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku għalik Gemini ser jagħmlek tagħraf aktar tikkontrolla il-pressjoni li hemm iddur bħalissa madwarek. Dan ser tagħmlu sabiex int ikollok aktar ħin trankwill sabiex tkun tista’ twettaq f'aktar serenita’ dak li verament tixtieq. Għaraf sew u ħu kontroll aktar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5.
Gemini huma magħrufin għal gwida li jagħfu joffru. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku għalik Cancer ser iġib miegħu bosta tibdil f'dawn il-jiem. Għalhekk int trid tagħraf aktar kif ser tħejji għal dan it-tibdil fejn issa, għal dan il-proċess, int trid tagħraf aktar l-imġieba tiegħek lejn dawk ta’ madwarek. Għandek prospetti sbieh b’dan it-tibdil. Għaraf tkun imħejji sew.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 3 u 5.
Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku għalik Leo ser iġib miegħu bosta ċaqlieq lejk l-aktar fil-karriera tiegħek. Ser ikollok għaddejin bosta ħsibijiet li int tixtieq twettaq iżda tħoss li mhux il-waqt li teżerċita dan. Għaraf ħaġa waħda biss li int temmen iżjed fik innfsek. Dan jaf ikun biżżejjed.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 2, 3 u 4.
Leo huma magħrufin għal-abbilta’ u twemmin fihom infushom. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-żodjaku għalik Virgo ser jagħmlek tgħaddi minn fażi ta’ ċertu ħsibijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi. Huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effet fuqek peress li dan huwa perjodu fejn int trid tagħraf tikkumbatti. Trid tissielet sabiex dak li jidher diffiċili jingħeleb u tħossok aktar sodisfatt żgur.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5.
Virgo huma magħrufin għal-attenzjioni li huma joffru. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku għalik Libra ser jagħmlek tagħraf kif trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-fażi li għaddej minnha bħalissa, isib mumenti ta’ rilassament. Trid tqatta’ aktar ħin ma’ dawk ta’ madwarek kif ukoll trid tagħraf il-bżonnijiet kollha tagħhom, b'hekk dan ikun mument ta’ tkattir fil-madwar tiegħek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 1, 3 u 4.
Libra huma magħrufin għall l-istabbilta pożittiva tagħhom. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf tkun fl-aktar mument pożittiv u ideali għalik sabiex tkun lest tilqa’ għall isfidi li ser jibdew jersqu lejk. Jekk int tagħraf tuża moħħok, żgur li l-isfidi jiġu megħluba. Mhux biss, imma tagħraf tkattar aktar il-maturita’ lejk. Iriffletti sew.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 1, 2, 4 u 5.
Gemini huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun il-waqt fejn trid tagħraf eżatt x'tixtieq. Żgur li bħalissa hemm bosta sitwazzjonijiet li tixtieq li jiġu solvuti kemm jista’ ikun fl-iqsar żmien possibli. Mur għal dawk is-sitwazzjonijiet li int tħoss li tixtieq tkun taf ir-riżultat ta’ wara. Għaraf sew dan għax hemm riesaq gwadan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 31, 1, 3 u 5.
Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun il-waqt ta’ kif int ser tħares lejn is-sitwazjioni kollha ta’ madwrek. Trid toqgħod attent għax f'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li fil-verita’ jidhru. Għaraf sew il-verita’.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma: 30, 2, 4 u 5.
Capricorn huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste