It-tielet ġimgħa taħt iż-żodjaku ta’ Virgo
Mill-Ħadd 6 ta' Settembru sas-Sibt 12 ta' Settembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F'dan il-qamar kwinta għalik Aquarius jfisser li dan huwa l-mument fejn int trid ikollok aktar paċenzja għal dak li int trid twettaq. Il-paċenzja trid tkun f'dak li trid taħseb għal dak li ġej bil-mod sabiex tkun kawt u tagħraf it-tibdil fir-riżultati li ser takwista minn issa.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Taurus.
Aquarius huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F'dan il-qamar kwinta għalik Pisces jfisser li huwa l-mument fejn int trid timxi f'dak li jiġi f'moħħok u mhux dak li tħoss f'qalbek. Dan huwa l-mument sensittiv ħafna għalik u għalhekk il-parir li hu vijabbli bħalissa hu li timxi bil-ħsieb iffokat. B'hekk biss ser tagħraf id-differenza li tixtieq.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Sagittarius.
Pisces huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F'dan il-qamar kwinta għalik Aries jfisser li huwa l-mument ta’ għarfien. Dan il-mument ser joffrilek l-oppurtunita’ li int tagħraf minn dawk ta’ madwarek min huma l-persuni li int tista’ tafda sabiex tkompli miexi l-quddiem. Dan irid ikun il-pass li int trid tagħmel. Tħallix lil min ifixklek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Pisces.
Aries huma magħrufin għall-independenza tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F'dan il-qamar kwinta għalik Taurus jfisser li int trid tkun aktar formali fl-imħabba ta’ madwarek kemm f'dak li għandu xjaqsam ma’ relazzjoni u l-aktar ma’ dawk tal-familja tiegħek. Dan huwa l-mument għalik fejn imħabbtek ser tkun sors ta’ kommunikazzjoni pożittiva. Għaraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Gemini.
Taurus huma magħrufin għall-abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F'dan il-qamar kwinta għalik Gemini jfisser li int trid tkun aktar preċiż f'dak li int trid twettaq madwarek. Nuqqas ta’ dan jista’ jikkawża sitwazzjonijiet daqxejn ikkumplikati. Għalhekk int ħejji pjan dwar dak li int tkun tista’ twettaq dak kollu b'mod preċiż. Għaraf dan.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Libra.
Gemini huma magħrufin għall-ispontanjeta’ tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F'dan il-qamar kwinta għalik Cancer jfisser li trid tkun aktar iffokatt għal dawk il-proġetti li minn issa l-quddiem int tixtieq tibda twettaq. Issa hija l-esperjenza tiegħek f'dan l-istadju li tista’ twasslek fejn int verament tixtieq tasal. Għalhekk kun għaqli f'dak li minn issa trid twettaq.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Leo.
Cancer huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F'dan il-qamar kwinta għalik Leo jfisser li int għandek iċ-ċans li takkwista dak kollu pożittiv li jista’ jkun ta’ gwadann u tkabbir. Din il-pożizzjoni tista’ tiftaħlek bosta bibien iżda int trid tagħraf il-potenzjal ta’ dan kollu. Kollox ma’ kollox dan huwa l-mument fejn tista’ tavvanza.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Capricorn.
Leo huma magħrufin għall-abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Virgo jfisser li trid tagħraf timxi aktar bil-galbu u l-attenzjoni għal dak kollu li ser ikun qiegħed idur fil-madwar personali tiegħek. Issa dan huwa l-mument fejn int trid tagħraf kull ċaqliq sabiex issa tkun tista tagħmel valutazzjoni ta’ x’inhu l-aħjar għalik.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Scorpio.
Virgo huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F'dan il-qamar kwinta għalik jfiser li int trid tbiddel ftit dak li int is-soltu kont tagħmel kollox garantit. Issa għandek iċ-ċans li tkun aktar flessibili f'dak kollu li int tagħmel pero’ għaraf li dak li riesaq lejk ikun ta’ suċċess skond kemm int kapaci tagħraf ħiltek.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Virgo.
Libra huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom. Namaste
Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Scorpio ser ikun żmien ta’ pjanar aktar fil-fond sabiex sitwazzjonijiet li kienu waqgħu lura jkunu identifikati u jiġu attwati. Il-qofol ta’ dan il-mument huwa ippjanar għal dak kollu li huwa sinjifikanti fil-karriera sabiex finalment int tkun aktar stabbli.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Cancer.
Scorpio huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F'dan il-qamar kwinta għalik Sagittarius jfisser mument ta’ riflessjoni fuq dak li int tixtieq l-aktar li twettaq fil-ħajja tiegħek. Għalhekk int għaraf dawk il-punti vitali l-aktar li tista’ tirrifletti fuqhom u minn hemm il-quddiem tkun tista’ tagħraf il-ħtieġa ta’ fejn l-aktar tirrifletti u tavvanza.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Aquarius.
Sagittarius huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F'dan il-qamar kwinta għalik Capricorn jfisser mument ta’ kuraġġ u determinazzjoni li int għandek bżonn fil-ħajja ta’ madwarek. Peress li determinazzjoni naqset xi ftit issa huwa l-mument li tkompli timxi b'dak il-pass li int tant magħruf għaliħ. Toqodx tħares lura imma ħares lejn direzzjoni waħda, dik il-quddiem.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Iż-żodjaku li kapaċi jagħtik direzzjoni pożittiva ġej minn Aries.
Capricorn huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste