L-oroskopju ta’ New Moon fiż-żodijaku ta’ Libra
Mill-Ħadd 11 ta’Ottubru sas-Sibt 17 ta’Ottubru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Aquarius ser iġġiegħlek taħseb li wasal il-mument li tibdel l-istil ta’ ħajja madwarek. Ipprova twebbisx rasek għal din il-fażi għax il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li riesaq lejk u anke biex inti tagħraf lilek innifsek. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aries. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Pisces ser jagħmlek persuna aktar iddixxiplinata. Din il-fażi ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqgħek ma’ opportunitajiet ġodda bi probabbilità ta’ prospetti tajbin għalik. Minn issa trid tagħraf tkun aktar imħejji għal dak li hemm riesaq lejk biex turi ħiltek u l-kapaċitajiet tiegħek kollha. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Sagittarius. Pisces huma magħrufin bħala nies ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Aries ser iwasslek biex iżżomm kalm u ma twettaq l-ebda azzjoni negattiva. Grazzi għal din il-fażi ser titgħallem mill-esperjenzi passati u biex ma terġax tirrepetihom. Hekk int tkun tista’ tħares aktar bi prosperità lejn dak li ġej lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Virgo. Aries huma magħrufin bħala nies rashom iebsa. Namaste
Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Taurus ser ikun fażi fejn ser tħoss li l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek ser tibda tirpilja wara li s’ssa kienet imwaħħla. Għalhekk jekk minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ skeda ta’ kif tagħraf il-finanzi, żid l-attenzjoni tiegħek sabiex tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Capricorn. Taurus huma magħrufin bħala nies stabbli. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Gemini ser ikun fażi importanti li toħroġ iżjed il-potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud madwarek mhumiex jaraw li dan ser ikun pass importanti iżda int trid tibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħek sabiex hekk tibda twettaq dak li vera tixtieq u turi fejn kapaċi tasal. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Libra huma magħrufin bħala nies immotivati. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Cancer ser joħloq sitwazzjoni fejn ser tagħraf il-bżonn li ddur dawra sew madwarek. F’dawn il-ġimgħat li ġejjin għandek tosserva ferm aktar il-madwar tiegħek sabiex tkun tista’ tanalizza u tieħu direzzjoni biex tħares lejn il-futur bi stabbilità. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Taurus huma magħrufin bħala nies pożittivi. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Leo ser ikun fażi sabiex tanalizza li kollox għandu l-ħin tiegħu għalhekk agħraf biex tibda tkun aktar iffokat. Dan iwasslek tagħraf li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet madwarek. Dan ikun il-pass ta’ aktar stabbiltà f’dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Scorpio. Leo huma magħrufin bħala nies ta’ fehma soda. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Virgo ser ikun mument ta’ aktar impenn u responsabbiltà fil-ħajja ta’ madwarek sabiex minn issa tibda tagħraf kemm int responsabbli f’dak li għandek u dan ser jgħinek ittejjeb il-madwar kollu tiegħek u tkun tista’ tagħraf aħjar dak li riesaq lejk. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Cancer. Virgo huma magħrufin bħala nies li jimxu mal-mument. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser tkun fażi ta’ aktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex tkun tista’ tagħti spinta kemm sabiex ittejjeb il-madwar tiegħek u anke biex twessa’ dak li kabbart s’issa. Minn issa trid tagħraf tkun aktar għaqli għax fil-ġimgħat li ġejjin għandek aktar opportunitajiet ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Pisces. Libra huma magħrufin bħala nies ta’ tmexxija intensiva. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Scorpio ser ikun fażi ta’ preparazzjoni f’dak li riesaq lejk sabiex barra li tkun aktar imħejji tkun tista’ ttejjeb aktar ħiltek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tersaq persuna li toffrilek opportunità iżda ħu l-pariri qabel tagħmel il-passi tiegħek. Agħraf dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aquarius. Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-abbiltà tiegħek fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjonijiet iebsa dan se jagħmlek tagħraf aktar il-kapaċitajiet tiegħek sabiex minn issa tagħraf fejn verament tixtieq tasal. Agħraf l-esperjenzi tal-passat sabiex tkompli tissaħħaħ. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Leo. Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku f’dan in-new moon għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser aktar ippjanar dettaljat fil-madwar kollu tiegħek. Dan ser jagħtik iċ-ċans tagħraf sew il-madwar komplut tiegħek mill-att ta’ preżentazzjoni u organizzazzjoni. Dan huwa tibdil meħtieġ. Irrifletti sew dwar dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Erbgħa. Iż-żodijaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin bħala nies b’ideat pożittivi. Namaste