L-ewwel oroskopju għas-sena 2021

Mill-Ħadd 3 ta’ Jannar sas-Sibt 9 ta’ Jannar 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Aquarius ser jippermettilek tagħraf l-abbiltà personali tiegħek. Dan huwa perjodu li fih int tista’ terġa’ tikseb il-kunfidenza f’dak li tlift f’dawn l-aħħar ġimgħat. Aħtaf dan il-perjodu, emmen iżjed fik innifsek biex tkattar aktar stabbiltà f’dak li hemm riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 8

Aquarius magħrufin bħala nies umli.

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Pisces ser jagħmlek ftit aktar mexxej u ffokat minn dak li kont dan l-aħħar. Issa f’dan il-perjodu int se tħaffef iżjed ir-ritmu ta’ madwarek, għalhekk dan ifisser li trid tiżen u tirrifletti aktar sabiex dak li hemm riesaq lejk ikun ta’ sodisfazzjon u stabbiltà. 

 L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 4, 5 u 9 

Pisces magħrufin li jservu ta’ pont.

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Aries ser iwasslek għal aktar bilanċ li huwa ferm tajjeb f’dan il-perjodu tas-sena. Dan il-bilanċ ser tinduna bih għax se tkun aktar iffokat fuq il-karriera tiegħek, għalhekk se tagħraf aktar il-potenzjal sabiex tkompli titkattar fix-xhur li ġejjin. Irrifletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 6 u 8 

Aries huma magħrufin bħala nies attivi

Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Taurus ser jagħmlek inċert minħabba diversi sitwazzjonijiet li hemm madwarek u trid tibda tieħu deċiżjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin. Żomm kawt u pprova wettaq dak li tixtieq bil-mod għaqli tiegħek. Taqtax qalbek, int kapaċi.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 5, 6 u 9

Taurus huma magħrufin għall-indipendenza intensiva tagħhhom.

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Gemini ser ikun iffokat fuq l-involviment tiegħek fit-tkabbir ta’ proġetti li hemm madwarek. Jaf ikun hemm xi problemi dwar iż-żmien li twettaq minn proġett għal ieħor. Agħraf sabiex tħejji skeda aktar dettaljata. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 4, 5 u 7

Gemini huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom. 

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Cancer ser ikun ifisser għalik perjodu li fih tista’ tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int verament tixtieq. Dan jista’ jseħħ għax issa qed tagħraf iżjed fejn int kapaċi tasal. Il-kunfidenza u l-istabbiltà ser ikomplu jsaħħuk sabiex fix-xhur li ġejjin tkompli tissaħħaħ. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 6, 7 u 9

Cancer huma magħrufin għall-ispontanjetà pożittiva tagħhom.

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Leo jagħmlek aktar kunfidenti u ser tibda tħosok li trid l-affarijiet ta’ madwarek jimxu b’pass aktar mgħaġġel. Dan jaf ikun tajjeb sabiex tibda tagħraf timxi b’ritmu u b’aktar tkattir fil-proġetti skedati li għandek. Agħraf dan sabiex tara l-frott tant mixtieq. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 8 u 9 

Leo hyma magħrufin għall-istabbiltà u l-perfezzjoni tagħhom.

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Virgo ser jagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek li minn issa ser tibda twettaq. Dan jaf ikun aktar ta’ sfida għalik minħabba dak li hemm riesaq lejk. Għalhekk minn issa trid turi aktar l-abbiltà tiegħek f’dak li tesprimi u twassal. Agħraf żomm kontroll madwaek. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 6 u 8 

Virgo huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom.

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Libra ser jagħmlek tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek. Fejn is-soltu tkun ikkontrollat minn ċerti aspetti tal-ħajja madwarek dan issa ser isibek f’qagħda aktar stabbli. B’hekk ser tagħraf taġixxi lejn dak li hemm riesaq lejk. Irrifletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 8 u 9 

Libra magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Scorpio ser ipoġġik f’pożizzjoni aktar stabbli sabiex tagħraf timxi b’dik ir-rankatura li tant int magħruf għaliha. Agħraf żomm iffokat sabiex ma twettaqx ċerti żbalji li jistgħu jkunu ta’ tfixkil f’dak li hemm riesaq lejk. Kun ippreparat sew. Agħraf

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 7 u 9

Scorpio magħrufin bħala persuni ta’ karattru sod.

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Sagittarius ser jagħmlek tħossok aktar f’postok kif tibda tħares lejn ħajtek u lejn il-ħajja ta’ madwarek, l-aktar lejn il-karriera. Fix-xhur li ġejjin ser jiżviluppaw diversi opportunitajiet sbieħ għalik, agħraf kun aktar kawt u rilassat. Irrifletti sew dwar dan. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 3, 5, 7 u 8 

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. 

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

L-ewwel żodjaku għal din is-sena għalik bħala Capricorn ser jagħmlek aktar effettiv u flessibbli minn dak li kont dan l-aħħar. Issa trid tagħraf aktar lilek innifsek u tieħu dak kollu li jinqala’ madwarek b’aktar trankwillità. Dan jagħmlek aktar b’saħħtek sabiex tagħraf tegħleb dawk is-sitwazzjonijiet li jinqalgħu.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4,5,7 u 9 

Capricorn huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu

Namaste

More in Oroskopju