L-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Capricorn

Mill-Ħadd 17 ta’ Jannar sas-Sibt 23 ta’ Jannar

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Aquarius ser jibda billi jagħtik direzzjoni f’dak li tant tixtieq. Għalkemm kellek xi sitwazzjonijiet xi kultant diffiċli fil-passat, dan issa trid tħallih warajk u hekk tkun tista’ tagħmel riflessjoni, u tagħraf dak li huwa ta’ ġid għalik. Wasal iż-żmien li tqum fuq saqajk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta 

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Aries 

Aquarius magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Pisces ser tinbidillek id-direzzjoni bejn dak li huwa utli għalik u dak ta’ madwarek. Dan huwa perjodu ta’ riflessjoni kif int sejra tagħmel bilanċ bejn dak li trid tkabbar madwarek għal dak li huwa meħtieġ. Trid tagħraf tħares lejn dak li hemm riesaq. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn  Scoprio

Pisces magħrufin bħala nies spontanji.

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Aries ser ikun perjodu li fih tagħraf aktar fejn tixtieq verament tasal fit-twettiq tiegħek. Issa trid tasal għal deċiżjoni u din hija importanti sabiex tibda f’direzzjoni li bil-mod tagħtik aktar kontribut pożittiv f’dak li hemm ġej għalik. Agħraf sew dan il-perjodu jekk trid titkattar.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn  Virgo

Aries huma magħrufin bħala nies emozzjonali

Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju 

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Taurus ser ifisser mument li fih titnaqqas il-pressjoni kbira li għandek madwarek sabiex tkun kapaċi ssib ftit aktar spazju għalik, dan l-ispazju huwa bżonjuż sabiex int tibni lilek innifsek fiżikament u mentalment. Agħraf ikkontrolla.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għat-twemmin fihom infushom u l-abbiltà tagħhhom.

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Gemini ser jinfetħulek toroq li int kont tara kważi impossibbli li jinfetħu. Dan ser jiġri sabiex int tkun tista’ tagħraf x’direzzjoni għandek tieħu fil-ġimgħat li ġejjin. Trid tagħraf liema minn dawn it-toroq huma vijabbli għalik sabiex tkun tista’ tikkonċentra fuq dawk li huma ta’ gwadann. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Aquarius

Gemini huma magħrufin li jservu ta’ pont. 

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Cancer ser jibda billi tħejji pjan ibbilanċjat bejn il-karriera u l-kumplament ta’ dak li qed iseħħ madwarek sabiex tkompli tissaħħaħ u tikber. Dan ser jikkawża responsabbilt. Dan il-bilanċ għandu jitwettaq fuq bażi soda sabiex ma jkunx hemm problemi. Irrifletti. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn  Sagittarius

Cancer huma magħrufin bħala nies attivi.

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Leo ser tkun aktar ippreparat għal deċiżjonijiet li sejrin jittieħdu. Ser ikun hemm deċiżjonijiet fid-dar jew investiment u għalhekk trid tibda tħejji sew lilek innifsek sabiex tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet f’dak kollu li riesaq lejk.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Pisces

Leo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Virgo ser ifisser tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li jaf ikollok. Agħraf agħmel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli kemm fis-sitwazzjonijiet ta’ madwarek u anke meta tintalab opinjoni. B’hekk għandek tagħraf li meta tkun flessibbli twettaq aħjar. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Cancer

Virgo huma magħrufin għall-attenzjoni tagħhom.

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Libra ser ifisser li int trid tasal lejn konklużjoni f’dak li qed tħejji. Tagħmel ser li tidħol fil-fond, però taf ukoll li issa m’għandekx ittawwal aktar dak li kellek tagħraf żgur li kellek żmien biżżejjed. Wettaq u ħares ’il quddiem biss.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Taurus

Libra magħrufin għall-istabbilità  tagħhom.

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Scorpio ser ikollok iżjed għarfien ta’ fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-karriera  tiegħek f’dan il-perjodu, joffrilek ukoll laqgħat ma’ nies li huma ta’ importanza għalfejn trid tasal. Mhux dejjem ser issib min jaqbel ma’ dak li tħaddan int imma dan m’għandux ikun ta’ ostaklu.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Leo

Scorpio magħrufin bħala persuni ta’ flessibbli.

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta Capricorn għalik bħala Sagittarius ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar il-pożizzjoni li hemm quddiemek. Tħallix l-inċertezza titwessa’ żżejjed. Sib ħin għalik sabiex tagħraf tieħu d-deċiżjonijiet vijabbli. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-burdata stabbli  tagħhom.

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Fl-aħħar ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Capricorn għalik bħala Capricorn ser jagħmlek tħoss u tieħu gost twettaq. Dan l-aħħar minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li verament tħobb imma issa dan tista’ twettqu u ser ikun tajjeb ferm għalik sabiex tibni aktar lilek innifsek fi trankwillità

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Iż-żodjaku li toffrilek gwida pożittiva ġej minn Capricor

Capricorn huma magħrufin għall-umiltà tagħhom

Namaste

More in Oroskopju