L-oroskopju | Il-Qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Aries

Mill-Ħadd 10 ta' April sas-Sibt 16 ta' April 

F’dan l-ewwel  Qamar kwinta  għal dan kalendarju żodjaku 2022- 23 żgur irid ikun ta isprazzjoni u determinazzjoni, dan sabiex fil-ġimgħat u xhur li ġejjin nibdew inwettqu dawk il-pjanjiet li hemm imfassal għalina, ovvjament is-sena ma’ tistax ikollha bidu aħjar meta tkun qed tikkombina f’dan l-ewwel  żodjaku dak ta’ Aries!  

Il-benefiċċju ta' kull qamar huwa wieħed b’aspett pożittiv u dan joħroġ minn bosta fatturi iżda sfortunatament il-bniedem kapaci joħloq kemm aspetti pożittivi kif ukoll aspetti negattivi minn kull sitwazzjoni fil-ħajja ta’ madwarna.  

Dan l-ewwel Qamar Kwinta  ser ikunu qed nesperjenzawh is-Sibt 16 ta’ April ser iżidlek dik it-tama ta’ indipendenza li forsi int kont qiegħed taqta’ lura minnha. Ser tibda’ ssib dik is-soluzzjoni meħtieġa, ser ikun qawmien mill-ġdid, qawmien ta’ aktar determinazzjoni, qawmien aktar iffokat lejn miri li jinħtieġu li jkunu konklużi, jista’ wkoll jagħtik dik l-enerġija li żżidlek aktar ir-ritmu fil- motivazzjoni tant meħtieġa tiegħek fil-karriera tiegħek, jew fl-imħabba tiegħek. Ser ikollu effett sabiex jitnaqqsu dawk in-nervi li sfortunatment jafu jinħolqu, kif ukoll jagħtik aktar serħan għal aktar irqad trankwill u ta’ mistrieħ.  

X'inhu jgħid iż-żodjaku tiegħek? 

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik l-istess Aries ser tgħaraf li għandek tkun aktar attent f’dak li hemm riesaq lejk.  L-esperjenza li int esperjenzajt fil-passat għandha tkun utli biżżejjed sabiex tagħtik dik l-enerġija pożittiva għat-twettieq ta’ deċiżjonijiet tajbin biżżejjed sabiex int tkun tista’ tkattar dik l-istabbilta’ tant meħtieġa.  Wettaq rifflessjioni profonda. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. 

Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Taurus ser tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar ta’ dak li int issa ilek tant twettaq b’tant dedikazzjoni u sagriffiċju.  Issa huwa dak il-waqt li int għandek tieqaf u tirriffletti kif ser tkompli tkattar il-karriera tiegħek.  Ovvjament tajjeb li tgħaraf iż-żomm il-bilanċ. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. 

Taurus huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Gemini hi ġimgħa ta’ bżonn ta’ aktar determinazzjoni f’dak li int tant tixtieq tara jseħħ.  Għandek diversi ideat tajbin ta’ kif int għandek tkattar aktar it-tkabbir tiegħek.  Għalhekk għaraf sew dan il-mument sabiex b’hekk int tkompli titkattar u tissaħħaħ kemm f’dak li għandek ippjanat kif ukoll f’dak li riesaq lejk.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. 

Gemini huma magħrufin għat-tfasil iddettaljat tagħhom.  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Cancer ser tkun qegħda twasslek sabiex dik ir-responsabbilta’ li int dħalt għalija ftit tal-ġimgħat ilu, issa ser tkun f’pożizzjoni aktar trankwilla li turi kemm int kapaċi twettaq dak li ġie fdat lilek u fl-istess waqt ser ikun is-sodisfazzjon personali tiegħek fuq aktar tkattir fil-futur qarib.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. 

Cancer huma magħrufin għas-sensittivita’ tagħhom. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Leo għandu jkun il-mument opportun għalik sabiex tneħħi kull dubju ta’ nċertezza f’dak li int bdejt twettaq u minnflok int tibda tħares b’aktar ottimiżmu f’dak li verament issa tista’ tibda twettaq minn issa l-quddiem.  Għalhekk għaraf żomm lilek innifsek b’ħeġġa pożittiva lejn dan il-mument.    

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. 

Leo huma magħrufin għal-gwida li joffru. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Virgo trid tgħaraf aktar bilanċ bejn il-ħidma kontinwa li int għandek għal dak il-ħin bżonjuż ta’ rilassament.  Dan trid tgħaraf twettqu sabiex il-ħtiġijiet li int qiegħed twettaq kemm fil-preżent kif ukoll għal dak li hemm riesaq lejk ikunu aktar imsaħħaħ b’moħħ aktar frisk.    

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn 

Virgo huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Libra huwa dak il-mument li tgħaraf li kwalunkwe żbilanċ jaf ikun ta’ konsegwenzi fil-proġetti jew ideat li int dejjem tkun ser twettaq.  Int qiegħed tgħaraf li bħalissa qiegħed tkun xi ftit żbilanċjat u dan trid tgħaraf tilqgħalu kmieni kemm jista’ jkun.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. 

Libra huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Scorpio ser ikun il-waqt li tgħaraf li l-opportunitajiet trid tgħaraf toħodhom fil-mument opportun.  Int bħalissa qiegħed tħossok f’salib it-toroq minħabba li nqabad bejn żewġ opportunitajiet u f’dawn il-ħmistax il-ġurnata li ġejjin trid tgħaraf l-opportunita idejali għalik.  Parir li tingħata analizzah sew qabel tasal għal din id-deċiżjoni.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. 

Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Sagittraius ser ikun il-waqt ta’ sodisfazzjon personali hekk kif tgħaraf li dak li xtaqt finalment issa wasal.  Issa ser tesperjenza dak li dejjem xtaqt u għalhekk trid tgħaraf tħejji għal dan il-bidu l-ġdid.  Issa trid ukoll turi li dak li ser tibda twettaq ikun indikazzjoni ta’ success.   

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. 

Sagittarius huma magħrufin għal-immaġinazzjoni tagħhom.   

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Capricorn ser tkun il-mument għat-tweġiba tiegħek għal dak li ma rnexxilekx twettaq fil-passat.  Issa wasal il-mument opportun għalik li tagħti dik ir-risposta f’waqta lil min ħaseb li int mhux ser terġa’ tingħata ċans.  Issa għandek iż-żmien kollu li tikseb dak ir-rispett xieraq u tkompli tavvanza għal aktar stabbilta’.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. 

Capricorn huma magħrufin għal-motivazzjoni tagħhom.  

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Aquarius żomm pass lura minn forma ta’ deċiżjoni li ilha tberren ġewwa moħħok.  Huwa vera li mhux qiegħed tħossok komdu fil- pożizzjoni li int tinsab fiha iżda trid tanalizza sew il-pass lejn dik id-direzzjoni li int trid tmur għaliha.  Fil-mument għandek iż-żomm lura u agħti ftit ċans ieħor għax kollox jista’ jinbidel.  

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. 

Aquarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu   

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Aries għalik Pisces ser ikun dak il-waqt kif minn din il-ħidma li issa int qiegħed tesperjenza ser tkun tista’ tanaliza aħjar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek.  Dan ser jagħmlek aktar pożittiv dwar kif int issa ser tibda twettaq il-ħidma tiegħek.  Dan ser ikun possibli sabiex jiftaħlek bosta toroq ġodda li int ma kontx tobsor li jistgħu isseħħu. 

Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. 

Pisces huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda.    

Jekk trid tkun taf iżjed informazzjoni dwar iż-żodjaku tiegħek kull m’għandek tagħmel huwa li tibgħatli f’ittra postali ndirizzata lill: PaulJon, ‘’ ILLUM ‘’  PO Box 27 Paola jew sms fuq 79495804 – 99013600 jew tista  żur is-sit www.pauljon13.com. 

More in Oroskopju