Oroskopju | In-new moon taż-Żodjaku ta' Taurus
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista Paul Jon
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries jista’ jkun dak il-waqt idejali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek. Għalkemm int tgħaraf sew kif tikkontrolla l-finanzi tiegħek, dan l-aħħar bdejt tinnota ċertu laxkezza fl-infieq tiegħek u dan jaf joħloq żbilanċ finanzjarju fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk minn issa oħloq skeda għal aktar kontroll. Analizza.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Blue Topaz.
Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus huwa l-mument opportun għalik sabiex twettaq dak li tant ilek taħseb dwaru. Ovvjament issa huwa dak il-waqt idejali għalik u dan meta int ser tkun tant mimli b’ħeġġa u determinazzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-waqt sabiex dak li twettaq ikun dak is-suċċess li tant jagħtik stabbilta’ futura. Analizza.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Fluorite.
Taurus huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini huwa l-mument ta’ għarfien aħjar lejn il- ħajja personali tiegħek. F’dawn l-aħħar xhur kont mehedi ħafna sabiex tara kif tagħmel lil dawk ta’ madwarek kuntenti u tara li ma jkunx jonqoshom xejn iżda issa wasal il-mument li tgħaraf x’ għandek bżonn sabiex titkattar u tisaħħaħ. Irriffletti.
Il-kristalla idejali għalik għal hi s-Sapphire.
Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li ma taqtax qalbek għal dak it-tibdil li seħħ madwarek. Issa li qiegħed tesperjenza dan trid tgħaraf aħjar kif għandek tikkombina kull tibdil li jseħħ madwarna u li dan iġib miegħu ċertu sagrifiċji u għalhekk bil- kapaċita’ li int għandek u dan għandek tiffaċjaħ b’aktar qlubija.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Moonstone.
Cancer huma magħrufin għal-abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser ikun dak il-mument li trid verament tagħraf liema hi l-aħjar direzzjoni għalik. Jekk ser tibqa’ bħal qisek tilgħab m’intiex ser tasal imkien u dan żgur esperjenzajtu tul dawn l-aħħar ġimgħat. Għalhekk f’dan il-bidu taż-żodjaku ġdid għandek l-opportunita’ li int tagħżel dik id-direzzjoni idejali.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Jasper.
Leo huma magħrufin għal-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan in-New Moon taż- żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo għandu jkun dak il-mument li jimlik b’aktar ħeġġa u determinazzjoni f’dak kollu li int għandek madwarek kemm mill-att ta’ karriera kif ukoll fl- imħabba tiegħek. Dan jista’ jkun il-pont li jgħaqqad dak il-bilanċ li dan l-aħħar kien fuq l-iżbilanċ. Għalhekk aħtaf dan il-mument.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Onex.
Virgo huma magħrufin għal-abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan in-New Moon taż- żodjaku ta’ Taurus għalik Libra huwa il-waqt opportun li tieqaf ftit mill-iskeda tiegħek sabiex tanalizza aħjar kemm dawk il-miri li rnexxielek tilħaq iżda biex tagħmel analiżi profonda dwar dawk il-miri li minħabba diversi raġunijiet ma rnexxielekx twettaqhom. Issa għandek tieħu pawża żgħira sabiex b’hekk tkun f’qagħda li tista’ tikkonċentra aktar.
Il-kristalla idejali għalik hi r-Rose Quartz.
Libra huma magħrufin għal-ispontanjeta’ tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio trid tidħol aktar fil-fond ta’ qalbek sabiex tanalizza dak li int esperjenzajt fil-passat fl-imħabba u dan peress li qiegħed tħossok tersaq lejn l-istess esperjenza li għaddejt minnha fil-passat. Għalhekk int għadek fil-ħin li tgħaraf u tanalizza sabiex dak ma jerġax jiġri l-istess. Irriffletti.
Il-kristalla idejali għalik hi t-Tigers eye.
Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittrius huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar dawk ta’ madwarek, tgħaraf aħjar il-kollegi tiegħek u tara kif tista’ tkompli ttejjeb l-imġieba tiegħek magħhom u kif ukoll dawk l-għeżież li int tant tħobb. Taf li hemm bżonn ta’ aktar għarfien u għalhekk trid wettaq dak li hemm meħtieġ.
Il-kristalla idejali għalik hi t-Topaz.
Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F'dan il-bidu tat-tieni żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa dak il-mument li tagħraf li s- suppervja mhux ser twasslek imkien. Int tħossok verament imweġġa u dak li qiegħed tesperjenza mhux dak li ħaqqek. Iżda tnejn ħżiena ma jagħmlux waħda tajba u għalhekk f’dan il-bidu taż- żodjaku int għandek turi sinjal ta’ ħbiberija. Irrifletti.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Yellow Topaz.
Capricorn huma magħrufin għal-flessibbilta’ tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius huwa dak il-mument ta’ għarfien lejn il- ħin għalik u lejn aktar ħin sabiex twettaq dak li huwa tant nieqes mill-ħajja ta’ madwarek, speċjalment ħin ta’ relassament, ħin ta’ mistrieħ jew altru. Int taf li dawn l-aħħar xhur ma’ kellikx spazju għalik u għalhekk ieqaf ftit u għati nifs lilek innifsek.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Amber.
Aquarius huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan in-New Moon taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces ser jagħtik iċ-ċans sabiex tagħraf aktar fil- fond il-pożizzjoni tiegħek fil-ħidma li int qiegħed twettaq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tħoss jekk għandikx tieqaf u tibda’ esperjenza ġdida. Dan għandu jkun ta’ sfida ġdida għalik u għalhekk tajjeb li tagħmel rifflessjoni profonda.
Il-kristalla idejali għalik hi l-Cat’s eye.
Pisces huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste