Oroskopju | Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta’ Taurus
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon | Il-Qamar Kwinta fiż-Żodjaku ta’ Taurus, mill-Ħadd 15 ta’ Mejju sas-Sibt 21 ta’ Mejju
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar spazju għalik innifsek. Ix-xogħol huwa mportanti iżda l-ħin għar rilassament huwa bżonjuż għal saħħtek. Għalhekk għaraf sib aktar ħin ta’ rilassament għalik.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer.
Aries huma magħrufin għal-abbilita’ organizzata tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek. Dan ser ikun il-mument li jdaħħlek aktar fil-profond tal-madwar tiegħek. Issa għandek iċ-ċans biex tanaliżża sew x’hemm bżonn li jitwettaq sabiex iċ-ċirku sħiħ tiegħek ikun wieħed li verament tixtieq. Għalhekk wettaq b’għaqal.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Capricorn.
Taurus huma magħrufin għal-ispontanjeta’ tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgha li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek. Din ser tkun fażi fejn trid tgħaraf tkun magħqud u determinat aktar sabiex tasal fejn tixtieq. Bħalissa qiegħed issib diffikulta’ sabiex tasal fejn verament tixtieq, għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius.
Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgha li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ ta’ kif int tista’ ssib aktar lilek innifsek. Trid tgħaraf tkun aktar ibbilanċjat dwar dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Xi kultant ma tridx tkun rasek iebsa u trid tgħaraf tifhem lil dawk ta’ madwarek sabiex wara tkun tista’ twettaq analiżi profonda u tasal għal dik il-konklużjoni.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni lejk ġej minn Taurus.
Cancer huma magħrufin għal-abbilita’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tgħaraf aħjar il-bilanċ. Dan huwa l-mument li int tgħarbel sewaw dak li hemm meħtieġ li jseħħ. Tibżax minn dak li jista’ jseħħ wara dan. Żgur li dan ser ikun ta’ tkattir f’dik l-istabbilta’ li tant tixtieq. Għalhekk kun kuraġġuż u għaraf il-bidla.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra.
Leo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo hija ġimgħa li grazzi għal dan iż-żodjaku int tista’ ssib dak il-ħin għalik waħdek u tgħaraf eżattament x’inhu siewi għalik kemm għal ġimgħat li ġejjin kif ukoll għal futur tiegħek. Ftakar li ż-żmien ma jistenna lil ħadd. Analizza.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini.
Virgo huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra huwa mument li għandek tgħaraf sew x’tista’ titgħallem mill-esperjenzi tal-passat. Żgur li minn dawn hemm ħafna x’tista’ tgħaraf għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Ma hemm xejn ħażin u dak li esperjenzajt tkun kapaċi twettqu fil-preżent basta minn aspett pożittiv.
Iż-żodjaku li se joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius.
Libra huma magħrufin għal-flessibbilita’ tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio hija dik il-ġimgħa li ser iġġiblek dik il-ħeġġa u determinazzjoni li int tant għandek bżonn fil-preżent. Iż-żmien ta’ monotonija issa ħallieħ warajk. Issa għandek iċ-ċans tkattar dak li tħoss u għalhekk għaraf ikkonċentra fuq il-pjanijiet li għandek.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces.
Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius hija ġimgħa li tgħaraf dak li huwa biss ta’ ġid għalik. Ma tistax tibqa miexi fuq dak li ħaddieħor ikun qiegħed jitlob minnek. Dan huwa l-waqt tiegħek biex tgħaraf timxi biss lejn dak li int tixtieq.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo.
Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa dak il-mument li tkompli miexi ma’ dak li bdejt f’dawn il-ġimgħat. Għalkemm għadek m’intix kunfidenti biżżejjed ma tridx taqta’ qalbek għax fil-ġimgħat li ġejjin ser tgħaraf dik il-kuntentizza.
Iż-żodjaku li ser jofrillek motivazzjoni ġej minn Aries.
Capricorn huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius hi ġimgħa fejn qiegħed taffaċċja diversi ċirkostanzi għalkemm bħalissa m’intix f’pożizzjoni tant tajba xorta waħda qiegħed tikumbatti. Trid tibda ssolvi minn dawk iċ-ċirkostanzi l-aktar ibsin u żgur timtela b’aktar ħeġġa għal kumplament, imbasta tkun determinat.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo.
Aquarius huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces trid tagħmel analiżi profonda dwar it-tqassim finanzjarju tiegħek b’mod aktar bilanċjat. Għadek fiċ-ċans li jkun hemm bilanċ aħjar fil-mod kif tqassam il-finanzi tiegħek. Għaraf sew sabiex ma tgħaddix minn dak li esperjenzajt fil-passat. Analizza.
Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjon gej min Aries.
Pisces huma magħrufin għall-istabbilita’ tagħhom. Namaste