Oroskopju | Il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Ġemini
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon
It-tielet żodjaku għal dan il-kalendarju żodjaku 2021-2022 huwa dak ta’ GEMINI. Dan iż-żodjaku huwa meqjus fil-kalendarju żodjaku bħala l-ikbar żodjaku fl-orskopju. Kif wieħed jagħraf il-kalendarju żodjaku huwa maqsum bejn sitt żodjaki kbar u sitt żodjaki żgħar fejn imbgħad dawn jerġaw jinqasmu f’erba’ elementi u hawn ukoll iż-żodjaku ta’ Gemini huwa mpoġġi fl-akbar element dak ta’ l-arja.
Iż-żodjaku ta’ Gemini jibda’ mis Sibt 21ta’ Mejju u jintemm it- Tnejn 20 ta’ Ġunju. L-element taż- żodjaku ta’ Gemini huwa dak ta’ l-Arja li fih jgħaqqad lill Gemini, Aquarius u Libra. Ovvjament wieħed jista’ jara kemm dan it-trio ta’ żodjaki huwa wieħed li joffri diversita’.
Fl-astroloġija Gemini huma meqjusa bħala s-Suprem għall-intelliġenza, l- għerf, il-komunikazzjoni, perfetti fil-gwidi li joffru, mentalment dejjem iffokati fuq proġetti jew idejat ġodda u huma motivati ħafna. Issib ukoll li dan iż-żodjaku ta’ Gemini għandu bħal bidla ta’ rutina kull ħames snin fil-ħajja tiegħu ,din hija kurjuża ħafna dwar dan iż-żodjaku, infatti hemm qawl ingliż ‘’ Gemini are the zodiac travellers ‘’.
Is-simboli ta’ Gemini jippreżenta t-tewmin li fil-mitoloġija griega magħrufin bħala Castor u Pollux. Ommhom kienet l-Alla Athena li kellha l-qawwa tal- għerf, determinazzjoni u tmexxija. Ovvjament bil-motto li qatt ma’ toħroġ telliefa, iżda li tkun rebbieħa. Iż-żodjaku ta’ Gemini huwa pruvat minn diversi xjenzati, li is-sitt sens tagħhom huwa partikolari, miftuħ u żvilupat ferm aktar minn ta’ żodjaki oħra.
IL BIDU TA TIELET ŻODJAKU TA’ GEMINI | Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aries ser ikun mument ta’ aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek u kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur ser ikun qiegħed jogħlilek il-moral għal aktar stabbilta’ f’dak li hemm riesaq lejk. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Taurus huwa l-waqt għal aktar pjanar dwar il-futur tiegħek u kif ser tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta’ bilanċ.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik l-istess Gemini ser ikun il-mument li tgħaraf aħjar lilek innifsek u dan ser jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li għandek ippjanat. Ovvjament apparti l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tħoss dik id-differenza fik innfisek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Cancer ser ikun il-waqt ta’ għarfien aħjar dwar kif int tista’ tqassam dak li int għandek bħalissa. Xi kultant qiegħed tħoss toqol u tħossok mitluf iżda dan ser jinbidel u ser tibda tgħaraf aħjar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Leo ser ikompli jikkonferma kemm int persuna li akkost ta’ kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik. Ovvjament int kapaċi tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b’aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Virgo ser jagħmlek tifli b’aktar reqqa dak it-twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. L-esperjenza għalmietek ma taġġilx iżda li tanalizza b’reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl.Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Libra ser ikun il-waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f’pożizzjoni aħjar kif għandek tiddeċidi. Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar wettaq dak li huwa meħtieġ u b’hekk int tissaħħaħ.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Scorpio ser ikun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il-mewġ li qiegħed iħabbat lejk. Mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li tixtieq iżda int dan issa ser tkun kapaċi twettqu. Għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Sagittarius huwa dak il-mument li tagħraf aħjar il-ħajja li int għażilt. Int ssa ma tistax tibqa marbut mal-passat u issa għażilt il-pass il-quddiem. Għalhekk ħalli warajk il-passat u ffokka biss lejn il-preżent.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik allura kkonċentra fuq dak biss u tħares lejn xejn aktar. Tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u kkonċentra biss fuq dak li għandek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius huwa l-mument għal gwida minn xi ħadd li int verament tafda. Taf li wasalt li għandek bżonn forma ta’ gwida f’dak li int tixtieq tkompli twettaq. Għalhekk din il-gwida għaraf ħuda minn għand dik il-persuna li verament tafda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces ser ikun il-waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejt twettaq. Tibdil li qiegħed jibdel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbilta’. Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek. Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċertu sagrifiċiji xorta ibqa miexi.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste