Oroskopju | In-New Moon taż-Żodjaku ta’ Cancer

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 26 ta' Ġunju sas-Sibt 2 ta' Lulju

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Aries ser jagħmlek tgħaraf li mintiex tilħaq l-aspettativa li int ikkommetejt għaliha.  Ovvjament dan jista’ jkun ta’ nkwiet madwarek, iżda jekk minn issa int tibda tqassam aħjar l-iskeda tiegħek int żgur ser terġa’ ssib dik l-istabbilta’ tant bżonjuża għalik.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Capricorn. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi is Saphire.  Namaste   

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Taurus  ser  jagħmlek tgħaraf li għandek il- bżonn li tkun aktar paċenzjuż.  Int trid tgħaraf iżomm din il-paċenzja tant meħtieġa f’dan il-preżent sabiex tkompli titkattar iżda jekk int titlef il-paċenzja dan jaf joħloq  sitwazzjonijiet ikkumplikati li żgur mhux il-waqt ideali għalik. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.   
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Leo. 
  • Il-kristalla ideali għalik  hi l-Moonstone. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Gemini ser iwasslek sabiex tgħaraf aktar il- vantaġġi u l-iżvantaġġi li qiegħed tesperjenza.  Bħalissa żgur qiegħed tħoss li wasalt f'mument fejn trid tgħaraf tkun aktar iffokatt sabiex b'hekk tkun tista’ tieħu dawk id-deċiżjonijiet ideali biss għal dik l-istabbilta’ meħtieġa.  

  • L-aktar jum ideajli għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Sagittarius. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi l-Onyx. Namaste  

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik l-istess Cancer ser ikun il-waqt li tfittex aktar spazju għalik.  Dan huwa meħtieġ sabiex int tkun tista’ tibda taħseb aħjar.  Dan hu l-   mument fejn int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada trid tieħu deċiżjoni dwara.  Għalhekk fittex l-aħjar ħin għal dan.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Pisces. 
  • Il-kristalla ideali għalik  hi l-Jade.  Namaste   

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Leo ser ikun dak il-waqt li t-tejjeb l-enerġija ta’ madwarek sabiex int tkun tista’ tgħaraf tkun aktar organizzat.

B'hekk meta int tgħaraf li issa int ilħaqt il-mira tiegħek fl-organizazzjoni int tkun tista’ toħloq dik l-iskeda ideali sabiex kollox ikun imqassam f’bilanċ. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa hu dak tat-Tnejn.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Taurus. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi r-Rose Quartz. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf li riesaq dak il- mument għal għarfien ta’ ċertu deċiżjonijiet profondi. Għalhekk importanti li int ikollok dak it-twemmin ġewwa fik sabiex dak li int sejjer twettaq huwa biss għal ġid tal-futur tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Gemini. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi l-Black Opal. Namaste                                                                                                           

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Libra ser ikun mument fil-ħajja tiegħek fejn ser jagħmlek aktar matur u tgħaraf aktar dik ir-responsabbilta’ ta’ dak kollhu li hemm madwarek.  Huwa mument li ser jagħmlek tgħaraf tippjana b'inqas tfixkil.  Taqtax qalbek minn dan iżda ħares biss lejn il-ġejjini tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ l-Erbgħa.   
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Aries. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi t-Tiger's Eye. Namaste   

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Scorpio ser jagħmlek tgħaraf aktar dak li tixtieq twettaq. Grazzi għal dan int ser tgħaraf aktar l-abbilta’ li int tippossedi ġewwa fik, hekk ser tkun tista’ tanalizza ahjar dawk l-opportunitajiet li resqin lejk.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Virgo.  
  • Il-kristalla ideali għalik  hi l-Aquamarin. Namaste  

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                                                                                                           

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Sagittarius ser ikun mument ta’ rifflessjonijiet profonda, ta’ pjanar kif ukoll għarfien lejn dawk id-deċiżjonijiet li ser ikun hemm bżonn jittieħdu.  Għalhekk int trid tkun aktar imħejji minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk sabiex kollox jitwettaq kif suppost. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.      
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Libra. 
  • Il-kristalla ideali għalik  hi l-Lemon Quartz. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Capricorn ser jagħmlek tgħaraf aktar kif il-karriera li għandek madwarek fil-preżent tista’ tkompli tespandi fit-tkattir tagħha.  Ovvjament int trid iżomm kawt għal dak li xi kultant ser ikun qiegħed jinqala kontra tiegħek u dan jaf ikun forma ta’ eżami għalik kun iffokat.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.   
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Aquarius.  
  • Il-kristalla ideali għalik  hi l-Amber.  Namaste                                                                                                  

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Aquarius ser jagħmlek tanalizza aħjar għaliex qiegħed tara l-affarijiet bil-kontra u x’inhu dak li qiegħed jikkawżalek dik it- tensjoni madwarek.  Għalhekk trid tgħaraf iżomm lilek innifsek pożittiv u jekk tagħmel hekk din il-fażi tintemm fi żmien qasir.  Għalhekk emmen aktar fik innifsek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Scorpio. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste   

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer għalik Pisces ser jagħmlek tgħaraf tkun aktar deċiż dwar dak li hemm bżonn jibda jitwettaq.  Dan huwa mportanti ħafna għalik aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek ser tibda tieħu format differrenti minn dak li int qiegħed fiħ bħalissa.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.  
  • Iż-żodjaku avventuruż għalik ġej minn Cancer. 
  • Il-kristalla ideali għalik hi l-Fire Gate.  Namaste  

Kompetizzjoni ma' PaulJon

Irbaħ wieħed minn 7 Rigali fosthom:

  1. Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon;
  2. Tlett Vouchers  għal Tratttamenti ta’ Sbuħija jew Fitness Classes  minn għand Graziella Miruzzi;
  3. Voucher għal Pakett ta’ Kristalli. 

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: In New Moon fi żodjaku ta’ Cancer jigi fis-27, fit-28 jew fid-29 ta’ Ġunju?  

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon: "ILLUM" Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste.

More in Oroskopju