Oroskopju | Iż-Żewġ Qmura taż-Żodjaku ta’ Leo
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon... Mill-Ħadd 31 ta' Lulju sas-Sibt 6 ta' Awwissu
F’dan artiklu is-suġġett huwa dwar iż-żewġ qmura li ser inkunu qegħdin nesperjenzaw fiż-żodjaku ta’ Leo kemm dak tan-New moon kif ukoll tal-Qamar kwinta li dawn flimkien joffrulna benefiċċji mportanti li xi kultant minħabba l-ħajja maġla tagħna ma nagħrfux u nitilfu ħafna opportunitajiet sbieħ.
Ta’ min jieħu nota li l-fażi tal-qmura mhux biss tkun immirata lejn il-qamar kwinta u dak tan-new moon iżda hemm fażijiet oħra tal-qmura, bħal nofs ta’ qamar, il-kwart ta’ qamar u fażijiet li kollha għandom l-importanza tagħhom, iżda l-maġġoranza tagħna huma miġbuda biss lejn dan il-fenomenu tal-qamar kwinta u n-new moon.
In new moon ta’ dan żodjaku li esperjenzajniħ nhar il-Ħamis 28 ta’ Lulju offrilna diversi benefiċċji, bħal aktar bilanċ pożittiv bejn il-ħidma tagħna u l- familja waqt li għal persuna individwali ser toss li għanda tkun aktar konxja waqt li tgħaraf tiffoka aktar bil-ħsieb ta’ tqassim ibbilanċjat aħjar lejn il-kumplament fit-tmexxija. Ovvjament dan in-new moon ser ikollu wkoll effett fuq żodjaki diretti kkombinati ma’ Leo,li huma żodjaki ta’ Aries u Sagittarius, kif ukoll għaż żodjaki ta’ Virgo, Libra u Scorpio.
Il-fażi tal-qamar kwinta ser inkunu qegħdin nesperjenzaw nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu fejn għaż-żodjaku ta’ Leo ser tkun tfisser aktar għarfien ta’ kuntentizza, ta’ tkattir, ta’ inspirazzjoni lejn dawk il-proġetti kemm preżenti kif ukoll li jistaw jibdew jitwettqu waqt li ser nesperjenzaw aktar organizazzjoni ta’ kif inwettqu aħjar il-bilanc tant meħtieġ għalihom f’dawn il-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament ma’ ż-żodjaki ta’ Aries, Sagittarius, Capricorn, Aquarius u Gemini jibbenefikaw mill-istess benefiċċji. Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser ikun dak il-mument li tgħaraf iżomm dik il-kalmizza ġewwa fik fejn ser tgħaraf iżjed dak li tħoss ġewwa fik u dan ovvjament minħabba dawn iċ-ċirkustanzi differenti li hemm resqin lejk. Għalhekk huwa l-mument opportun li int tgħaraf iżjed il-kontroll komplut tiegħek innifsek. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Aries huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser iwasslek f'dak il-mument ideali li int tgħaraf tkattar lejk dak kollu li int biss kapaċi tgħaraf. Bħalissa għandek l-aktar mument ideali biex tissaħaħ f'kull parti tal-ħajja li int verament tixtieq. Għalhekk għaraf kun aktar iffokat lejn dan il-mument ferm utli għalik. Għaraf sew dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Taurus huma magħrufin għas sensittivita’ tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun dak il-mument ideali li issa int kapaċi tgħaraf aktar dawk l-opportunitajiet li jkunu ta’ benefiċċju. Dan jagħtik dik il-ħeġġa tant mixtieqa sabiex int tibni u tippjana aħjar il-madwar tiegħek. Għalhekk għaraf dan sabiex tkun aktar imħejji sabiex tkompli tissaħħaħ għal dak li hemm riesaq lejk. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Gemini huma magħrufin għal komunikazzjoni li jafu joffru. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun dak il-mument li wasslek u ħejjik aktar għal dik it-tħejjija meħtieġa sabiex minn hawn il-quddiem int tibda’ tgħaraf eżattament dak li huwa tajjeb u li int tixtieq tkattar fit-twettieq tiegħek. B'hekk tgħaraf sabiex tibni lilek innifsek b'aktar dedikazzjoni. Tajjeb li tirriffletti sew dwar dan. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ burdata pożittiva. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser ikun dak il-mument li int ser tibda tiddentifika minn huma dawk il-persuni madwarek li verament huma ġenwini u li huma ta’ min jafdhom u li minnhom issib l-appoġġ meħtieġ. Tibżax jekk ikun hemm bżonn ta’ ċertu deċiżjonijiet dwar xi whud. Aħjar tgħaraf issa milli aktar il-quddiem. Għaraf sew dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser ikun dak il-mument li tirriffletti eżattament minn dak li esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex ovvjament minn dak li esperjenzajt tużaħ b'aktar għaqal fil-ħtiġijiet li hemm resqin lejk u b'hekk tibni lilek innifsek aktar fis-sod lejn it-tkattir fil-madwar tiegħek għal futur tiegħek ta’ aktar stabbilta’. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Virgo huma magħrufin għal linja dettaljata tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Libra ser ikun dak il-mument ta’ konċentrazzjoni lejn ippjanar iddettaljat u dan meta int tant ilek taħseb dwaru. Dan huwa mument għal dak l-ippjanar tant meħtieġ għal karriera tiegħek sabiex b'hekk tibni aktar lilek innifsek fis-stabbilta’ u żgur li tħares lejn aktar proġetti ideali fil-linja tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Libra huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser ikun il-mument li finalment taqqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt sabiex issa tiġi għal konklużjonijiet tiegħek. Int wettaqt biżżejjed sabiex ħadt diversi idejat u issa wasal il-waqt li tirriffletti fuq dak kollhu li smajt u tibda tiddeċidi. Żgur li għandek triq wisa u ta’ konkluzjonijiet. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Scorpio huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser ikun dak il-mument li jagħtik aktar stampa ċara dwar fejn minn issa int tixtieq tmur. Huwa mument ta’ direzzjoni iżda dan irid jitwettaq b'għaqal li żgur ikun ta’ benefiċju għalik. Ovvjament trid tgħaraf sew iżomm il-bilanċ u dan minn issa l-quddiem ser ikun ferm importanti. Għaraf sew dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Sagittaius huma magħrufin għal kariżma tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser ikun dak il-mument ta’ aktar għarfien f'dak li int akkwistajt matul dawn l-aħħar ġimgħat. Hekk li issa int tista’ tħares lura u tara dak kollu li int wettaqt żgur ser tħoss dak iċ-ċertu sodisfazzjoni ġewwa fik u dan ser ikun biżżejjed sabiex int tgħaraf kemm int verament kapaċi fil-ħiliet tiegħek. Irriffletti aktar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Capricorn huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser ikun mument li int titfa aktar attenzjoni lejn it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Attenzjoni lejn dawk il-proġetti li għandek imħejja għax xhur li ġejjin u dan sabiex b'hekk tkattar aktar lilek innifsek, tkattar aktar l-istabbilta’ u ovvjament tista’ tħares lejn il-futur tiegħek b'aktar ħeġġa. Tajjeb li tirriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Aquarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser ikun dak il-waqt li ser jiftaħlek il- possibilta’ li int tkattar aktar għarfien lejn il-ħajja ta’ madwarek u dan sabiex int tkun tista’ tkompli tikber fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek. Dan żgur ser jippermetti li jinfetħu bosta toroq ġodda u b'hekk int tkun f'linja li toħloq aktar tħejjija pożittiva lejn il-futur tiegħek. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Pisces huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste