Oroskopju | Bidu tas-seba' żodjaku ta' Libra
L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 25 ta' Settembru sas-Sibt 1 ta' Ottubru
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru jumejn wara l-bidu tal-istaġun il-ġdid tal-ħarifa ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-bidu tas-seba’ żodjaku dak ta’ LIBRA.
Iż-żodjaku ta’ Libra fl-astrolġija huwa meqjus bħala ż-żodjaku li joħloq il-bilanċ, iwassalna lejn dik l-istabbilta’ u joħloq il-ġustizzja. B’dawn it-tlett aspetti ż-żodjaku ta’ Libra żgur li jkun ta’ benefiċċju kemm fil-ħajja personali tagħna u wisq aktar għal dawk ta’ madwarna.
Tajjeb tkunu tafu wkoll li kważi bħal llum xahrejn inkunu qegħdin niċċelebraw il-Milied. Forsi qegħdin tgħidu biex ħiereġ PaulJon ! Tajjeb li nagħrfu kif iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd u għalhekk tajjeb li nagħrfu kemm huwa mportanti li kull ġurnata li tisbaħ nagħrfu naddataw dak kollu li jkun meħtieġ.
Iż-żodjaku ta’ Libra hu magħruf ma’ ħafna bħala ż-żodjaku li jkattar l-aktar bilanċ kemm fil- ħajja personali tagħna kif ukoll li nkunu qegħdin inwettqu ma’ dawk ta’madwarna, joffrilna wkoll dik l-istabbilta’ li tagħmlek tħossok aktar seren f’dak it-twettieq li qiegħed twettaq u finalment joffrilna l-aspett ta’ ġustizzja fejn nagħrfu li dak li huwa mistħoq għalina jkun ġustifikat u akkwistat bi dritt.
Is-seba’ żodjaku ta’ Libra jibda mill-Ġimgħa 23 ta’ Settembru sa nhar is-Sibt 22 ta’ Ottubru u b’hekk ma’ dan iż-żodjaku nkunu wkoll qegħdin nibdew l-istaġun frisk tal-ħarifa fejn bil-mod nibdew inħossu dik l-arja friska ddur madwarna.
Is-Simbolu ta’ dan is-seba’ żodjaku ta’ Libra jippreżenta s-simbolu magħruf tal-miżiez li jirrapreżenta tlett aspetti. Għandek il-qoffa tal-lemin tirrapreżenta l-bilanċ u għandek il-pilastru tan-nofs li jirrapreżenta l-istabbilta’ waqt li l-qoffa tax-xellug tirrapreżenta l-ġustizzja.
Ix-xbiha ta’ mara qegħda żomm il-miżien skont il-mitoloġija Griega din kien jisimha Themis li l-qofol tagħha kien toħloq u jinżamm bilanċ perfett, twassal id –dritt tal-ġustizzja, ix-xbiha ta’ mara ġiet mogħtija t- titlu ta’ Lady of Justice.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Aries ser tkun ġimgħa ta’ idejat ġodda dwar proġetti li int tixtieq tibda twettaq. Grazzi għal dawn l-idejat int ser tkun tista’ turi aktar il-ħiliet vera tiegħek ta’ kemm tista’ tikkreja proġetti ambizjużi u b’hekk tkompli tissaħaħ iżjed lejn dak it- tkattir tant mixtieq.
- Kuluri favoriti ma’ Aries huma l-aħmar u l-vjola.
- Aries huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Taurus ser tkun ġimgħa fejn int twettaq analiżi bejn dak li sa issa esperjenzajt fil-passat ma’ dak li qiegħed tesperjenza fil-preżent. B’din il-kombinazzjoni int ser tkun kapaċi tkabbar dawk is-sitwazzjonijiet l-aktar bżonjużi madwarek u b’hekk tkun aktar f’kontroll tal-miri tiegħek.
- Kuluri favoriti ma’ Taurus huma l-isfar u l-blu.
- Taurus huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn int trid toħroġ lilek innifsek mill-inċertezza li fil-preżent tinsab maqbud fiha. Inċertezza li mhux tħallik tkompli tavvanza fil-ħajja tiegħek. Għalhekk tajjeb li bl-esperjenza li int għandek dan huwa l-waqt li tkattar il-motivazzjoni.
- Kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-kannella u l-isfar.
- Gemini huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Cancer ser tkun ġimgħa fejn ser tara dak it- tkabbir li int tixtieq li jibda jseħħ. Dan ser ikun ta’ sodisfazzjon kemm għalik personali kif ukoll għal ambizjonijiet tal-futur tiegħek u hekk int issa tista’ tippjana aktar aħjar it-tqassim tiegħek lejn stabbilta’ aktar soda.
- Kuluri favoriti ma’ Cancer huma l-aħmar u l-blu.
- Cancer huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Leo ser tkun il-ġimgħa fejn ser tkun qiegħed twettaq dawk id-deċiżjonijiet fuq bażi personali. Fil-passat dejjem imxejt ma’ dawk id-deċiżjonijiet li int kont tieħu xi forma ta’ gwida imma issa dan ser jispiċċa sabiex b’hekk int turi kemm int kapaċi f’ħilietek.
- Kuluri favoriti ma’ Leo huma l-isfar u l-kannella.
- Leo huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Virgo ser tkun dik il-ġimgħa ta’ rifflessjoni profonda dwar il-pass li int ser tkun ser twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament f’dan il-mument għandek ħafna idejat tajbin u għalhekk int qiegħed f’pożizzjoni idejali sabiex tkompli tavvanza lejn dawk l-ambizjonijiet.
- Kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-blu u l-abjad.
- Virgo huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik l-istess Libra ser tkun dik il-ġimgħa fejn issa li int ser tkun għal dawn l-erba’ ġimgħat fiż-żodjaku tiegħek. Dan huwa dak iż-żmien idejali sabiex int tkattar lilek innifsek minn kull angolu tal-ħajja tiegħek. Issa trid taħtaf kull opportunita’ sabiex int titkattar u tissaħħaħ.
- Kuluri favoriti ma’ Libra huma l-aħmar u l-vjola.
- Libra huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Scorpio ser tkun il-ġimgħa li tikkumbatti dak li qiegħed ifixklek milli tavvanza. Hi x’inhi s-sitwazzjoni li qegħda tfixklek milli titkattar hemm bżonn li minn issa tgħaraf aħjar lilek innifsek u b’dik id-determinazzjoni toħroġ minn dan il-mewġ u tħares il-quddiem b’aktar pożittività.
- Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma l-oranġjo u l-isfar.
- Scorpio huma magħrufin għal istabbilta’ tagħhom. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgha li tgħaraf is-sens u l-valur tal-imħabba li fil-preżent int qiegħed tespejenza. Issa li taf fejn int eżatt trid tgħaraf twettaq dak li qiegħed tħoss ġewwa fik u ma tistax iżomm aktar fik innifsek.
- Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-blu u l-isfar.
- Sagittarius huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li fiha tgħaraf fejn int tinsab f’saħħtek. Saħħtek hija pedina mportanti meta int diġa esperjenzajt sitwazzjoni li kellek toqgħod għal ċertu medikazjonijiet. Għalhekk issa huwa l-waqt li tgħaraf aħjar ħajtek x’vera għandha bżonn.
- Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma l-oranġjo u lewn id-deheb.
- Capricorn huma magħrufin kemm huma umli. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Aquarius ser tkun ġimgħa ta’ pawża żgħira mir-rutina li int qiegħed tesperjenza. Din il-pawża għandha tkun mezz biex twettaq analiżi ta’ fejn int ser tkompli tavvanza. Żgur li tħossok sodisfatt b’dak li rnexxilek twettaq u għalhekk għaraf kompli tejjeb il-ħiliet tiegħek għal aktar stabbiltà.
- Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-isfar u l-oranġjo.
- Aquarius huma magħrufin għal flessibbilta’ tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-ewwel ġimgħa tas-seba’ żodjaku ta’ Libra għalik Pisces ser tkun ġimgħa fejn int trid twettaq organiżazzjoni fil-ħajja personali tiegħek u tgħaraf li minħabba l-impenji tiegħek tlift l-organiżazzjoni ta’ madwarek. Għalhekk issa huwa l-mument idejali sabiex terġa torganiżża dak li hemm meħtieġ sabiex tgħaraf tħossok aktar int.
- Kuluri favoriti ma’ Pisces huma r-roża u l-isfar.
- Pisces huma magħrufin għal abbilta’ organiżżata tagħhom. Namaste