Oroskopju | It-tlett kristalli għas-seba żodjaku ta' Libra
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 16 ta' Ottubru sas-Sibt 22 ta' Ottubru
F’dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal dawk it-tlett kristalli kkombinati ma’ dan is-seba’ żodjaku ta’ Libra sabiex naraw kif dawn il-kristalli jistaw ikunu ta’ benefiċċju fil-ħajja personali tagħna.
Bħal kull sitwazjonijiet oħra minħabba l-kultura f’Malta bħal dejjem indumu ftit ma nimxu ma’ tibdil fis-soċjeta tagħna u llum dan narawh ukoll b’ħafna drittijiet li qabel lanqas konna noħolmu dwarhom li llum qegħdin ikunu aċċettati, dwar is-suġġett tal-kristalli nieħu gost li qegħdin isiru diversi seminars u korsijiet dwar aktar għarfien tal-benefiċċji ta’ dawn il- kristalli forsi fl-aħħar nibdew nifhmu aktar il-vera l-kunċett utli tagħhom.
Bosta pajjiżi ilhom snin iħaddnu l-benefiċċji tal-kristalli kemm fuq bażi personali kif ukoll bħala mezz ta’ healing għal ċertu mard kif ukoll anke sabiex intejbu d-dieta, barra li huma meħtieġa għal cleasings għad djar tagħna.
It-tlett kristalli huma: quartz, amethyst u tiger's eye.
Il-quartz: hi ta’ benefiċċju sabiex insaħħu aktar l-enerġija pożittiva ta’ madwarna , inkunu aktar ikkonċentrati f’dawk l-idejat jew proġetti li nkunu ridu nwettqu. Din ukoll tgħina nżidu dik il-kunfidenza fina nfusna , ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u s-Sibt.
L-amethyst: għandha l-benefiċċju partikolari, dak li tħares is- saħħa tiegħek minn ħafna aspetti differenti. Importanti li temmen fil-healing tal-kristalla u żomma fuq dik il-parti għal madwar ħamsa uerbgħin minuta.
It-tiger's eye: toffri diversi benefiċċji ta’ protezzjoni kontra kull enerġija negattiva li din tista’ tkun ikkawżata minn għira, rabja, saħta, għajn jew altru.Din il-kristalla tista’ tkun kemm fuqek bħala ċappetta, msielet jew aktar jew.Jekk int ser tilbes din il-kristalla, din trid tintlibes mill fażi ta’ new moon għal tlieta u tletin lejl mingħajr ma tinqala minn fuqek.
L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku Libra:
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Aries ser tkun ġimgħa ta’ aktar għarfien dwar dak li int għandek. Issa li int qiegħed tħossok li wasalt fejn verament tixtieq għandek tkun aktar flessibbli kif ser tħares il-quddiem. Żgur li ser tħossok aktar immotivat u determinat u b’hekk ser titkattar aktar.
- Aries huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Taurus ser tkun ġimgħa ta’ analiżi. Ġimgħa fejn int ser iddur dawra madwarek sabiex fejn hemm bżonn jitranġa jew ikun aħjar. Issa huwa l-waqt li twettaq dak li hemm meħtieġ sabiex għal bidu tax-xahar li ġej tkun imħejji sew għal dak kollu li hemm riesaq lejk.
- Taurus huma magħrufin għat tmexijja ntensiva tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Gemini ser tkun ġimgħa ta’ aktar teħid ta’ deċiżjonijiet. Taf li għadek f’sitwazjonijiet li għad hemm bżonn ċertu deċiżjonijiet u dan jista’ jżommok milli int titkattar aktar. Pero’ f’dawn il- ġranet li ġejjin ser tgħaraf li jridu jittieħdu d- deċiżjonijiet neċessarji.
- Gemini huma magħrufin għat tfasil iddettaljat tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf jekk għandekx tiftaħ il-passat jew le. Dan ovvjament mhux ser tkun deċiżjoni faċli aktar u aktar wara ċertu riflessjonijiet li int twettaq pero’ issa taf aħjar dak li int ser twettaq ser ikun il-pass li verament tixtieq.
- Cancer huma magħrufin għas sensittivita’ tagħhom. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Leo ser tkun ġimgħa ta’ riflessjoni bejn il- karriera u l-imħabba, żewġ sitwazzjonijiet li int għadek mhux tant ibbilanċjat. Għalhekk f’din il-ġimgħa int ser tkun kapaċi li ssib dak il-bilanċ meħtieġ sabiex tkun tista’ tevita konsegwenzi żejda. Għalhekk ħejji sew.
- Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Virgo ser tkun dik il-ġimgħa għal pjan ġdid li kont ilek tant tistenna u tħejji. Issa li dan il-pjan wasal fil-fażi ta’ twettieq tiegħu int trid tkun ferm aktar f’qada tajba sabiex minn issa l- quddiem tħares lejn il-futur tiegħek b’aktar kunfidenza.
- Virgo huma magħrufin bħala persuni b’moral effettiv ħafna. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik l-istess Libra ser tkun l-aħħar ġimgħa taż- żodjaku tiegħek fejn żgur int issa trid twettaq analiżi profonda ta’ dawn l-aħħar erba’ ġimgħat u minn issa l- quddiem b’dak kollu li rnexxilek tkattar tħares il-quddiem b’aktar ħeġġa u b’aktar determinazzjoni. Żgur li int sodisfatt b’dak li wettaqt.
- Libra huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Scorpio ser tkun il-ġimgħa finali ta’ pjanar lejn ix- xhur li ġejjin. Żgur int qiegħed tħossok sodisfatt b’dak kollu li int irnexilek twettaq f’dawn l-aħħar ġimgħat u żgurdan ser ikun rifless aħjar lejn dak kollu li issa hemm riesaq lejk.
- Scorpio huma magħrufin li jagħrfu jaddattaw f’kull sitwazzjoni. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa li dak it-tibdil li int esperjenzajt dan l-aħħar ser tkun kapaċi tkattar aktar dak li hemm meħtieġ. Ikun l-aktar ideali għalik żgur li tgħaraf li hemm bżonn tkun aktar iffokat sabiex tħares il-quddiem b’aktar trankwillita’.
- Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jifhmu lil oħrajn. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa ta’ tħejijha għal dak li kont tant tistenna. Issa taf li finalment riesaq dak il-mument li int tant ħdimt għalih u tant ilek tipprepara u għalhekk issa hu l-waqt li turi lil dawk ta’ madwarek int x’kapaċi li twettaq.
- Capricorn huma magħrufin għal imaginazjoni tagħhom. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Aquarius ser tkun ġimgħa li tgħaraf aħjar dak li int verament tixtieq ġewwa fik għax ma tistax tibqa bħal bandla. Iżda trid tkun kapaċi tgħaraf trieqtek lejn il-futur tiegħek. Għalhekk din hi l- ġimgħa li tagħmel riflessjoni profonda ta’ twettieq ta’ dak li tħoss ġewwa fik.
- Aqaurius huma magħrufin għal motivazjoni kbira tagħhom. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Libra għalik Pices ser tkun dik il-ġimgħa ta’ pjanar aħjar fit- tqassim finanzjarju tiegħek. Għalkemm il- pożizzjoni finanzjarja tiegħek mhux waħda ħażina imma xorta waħdaqiegħed tħoss li hemm bżonn ta’ pjan u dan jassigura tajjeb sabiex finanzjarjament int qatt ma tinqabad fi żbilanċ finanzjarju.
- Pisces huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste