Oroskopju | Il-Qmura fiż-żodjaku ta’ Capricorn
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mit-2 ta' Jannar sad-19 ta' Jannar
Bdejna s-sena 2023 u se nibdew nesperjenzaw il-qmura li għalkemm bdejna sena oħra ġdida, għall-astroloġija s-sena l-ġdida għal Kalendarju Żodjaku tibda fil-21 ta’ Marzu maż- żodjaku ta’ Aries u tintemm fl-20 ta’ Marzu fiż-żodjaku ta’ Pisces u għalhekk huwa importanti li wieħed għandu jagħraf li bejn is-sena tax-xhur u s-sena żodjaka hemm differenza ta’ kif tibda u tintemm.
F’dan l-għaxar żodjaku ta’ Capricorn iwassalna lejn żewġ qmura ferm interressanti. Is-sinifikat tal-qmura minn dejjem ġibed dik l-attenzjoni partikolari biex il-bniedem jibda jagħraf l-aspett ta’ gwida li kull fażi tal-qamar tista’ toffrilna f’tant benefiċċji varji barra li wkoll joffru diversi aspetti ta’ ndikazzjonijiet.
Iż-żewġ qmura ta’ dan iż-żodjaku ta’ Capricorn huma partikolari għax waqt li n-new moon esperjenzajnih lejn l-aħħar tas-sena l-oħra l-qamar kwinta nesperjenzawh fil-bidu ta’ din is-sena. In-new moon seħħ il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru fejn għamel parti mill-lejla tal-Milied waqt li l-qamar kwinta ser ikun is-Sibt 7 ta’ Jannar.
In-New Moon li għadna kemm esperjenzajna nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru kellu diversi aspetti pożittivi kien hemm tibdil, spontanjetà, aktar għarfien ta’ opportunitajiet fit-tkabbir kif ukoll iffukar lejn il-ħin ibbilanċjat għall-bżonnijiet tagħhom.
Is-Sibt 7 ta’ Jannar se nkunu qegħdin nassistu għall-ewwel dehra tal-qamar kwinta għal din is-sena fejn dan se joffri sentiment aktar profond speċjalment għal dawk li jinsabu f’bidu ta’ mħabba friska, iżda se nesperjenzaw aspetti oħra fosthom tkattir fl-abbilità, ħarsien lejn il-bżonnijiet ta’ madwarna kif ukoll attenzjoni ta’ kif se nibdew niffukaw lejn il-bidu ta’ pjanijiet, ideat jew proġetti ġodda.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Aries se tkun ġimgħa għal tħejjija għall-aħħar erba’ ġimgħat ta’ din is-sena fejn int trid tgħaraf twettaq dak biss li issa huwa verament meħtieġ biex b’hekk int tkun aktar iffokat fit-twettieq li se tagħmel. Dejjem kun għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Taurus se tkun ġimgħa fejn issa trid tanalizza l-pjanijiet li hemm iduru madwarek għas- sena li ġejja. F’dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin int għandek twettaq rifflessjoni profonda biex tħejji tajjeb il-pjanijiet li hemm quddiemek. Analizza b’għaqal biex int tkompli titkattar lejn il-miri prinċipali mixtieqa.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Gemini se tkun ġimgħa ta’ għarfien bejn dak li sa issa rnexxilek twettaq u għal dak li jinħtieġ jitwettaq f'din is-sena l-ġdida. Int taf li int sodisfatt b’dak li wettaqt però tħoss li hemm aktar x’tista’ twettaq. Għalhekk għaraf il-miri tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta’ ħsieb lejn il-kundizzjoni mentali tiegħek għax taf li minħabba l-pressjoni li int għandek minħabba r-responsabbiltà fil-ħidma tiegħek din qegħda tkun piż mentali għalik. Għalhekk prova ħu pawża żgħira sabiex tieħu enerġija friska.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Leo se tkun ġimgħa li issa trid tagħżel bejn l-aħħar deċiżjonijiet fundamentali. Fiż-żmien li ġej ma tistax tkun indeċiż u għalhekk ħu l-aħjar deċiżjoni u hekk tkun f’qagħda aktar stabbli.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Virgo se tkun ġimgħa fejn int ser tkun l-accountant tiegħek innifsek fejn hemm bżonn twettaq analiżi fuq l-infieq tiegħek u hekk tkun żgur li fis-sena l-ġdida tkun f’qagħda finanzjarja aħjar speċjalment issa li bdejt tħoss li kellek ċerta spejjes li ma stajtx tevithom. Għalhekk analizza dan sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Libra ser tkun ġimgħa ta’ deċiżjoni jekk għandekx tieħu vaganza twila jew le fl-aħħar tas-sena. Ovvjament trid twettaq analiżi ta’ kemm se tiswik ħin din il-vaganza peress li taf kemm ikun xogħol qiegħed jistennik meta tiġi lura. Għalhekk analizza dan sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Scorpio se tkun ġimgħa biex tifhem aħjar il-madwar komplut tiegħek. Tul dawn l-aħħar xhur int rajt ħafna tibdil iseħħ. Għalkemm mhux kollox kif xtaqt int dan kien bżonn u għalhekk issa għaraf sew dak li hemm meħtieġ b’reqqa għas-sena d-dieħla.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Sagittraius hija ġimgħa ta’ rifflessjoni dwar dak li int irnexxilek twettaq tul l-erba’ ġimgħat li int esperjenzajt waqt il-fażi ta’ l-istess żodjaku tiegħek. Int kellek takwista ħafna minn din il-fażi. Għalhekk fejn taħseb li dan ma seħħx wettaq analiżi sew ta’ dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik l-istess Capricorn hija ġimgħa ta’ preparazzjoni għal dawk l-erba’ ġimgħat li int tkun qiegħed tesperjenza fl-istess żodjaku tiegħek. Dawn għandom ikunu erba’ ġimgħat fejn żgur għandek twettaq ħafna affarijiet għax l-enerġija tkun miegħek. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex kull ġurnata twettaq xi ħaġa sinjifikanti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Aquarius se tkun ġimgħa biex twettaq sew dak li tħoss ġewwa fik b’aktar attenzjoni. Int trid tgħaraf li issa għaddiet sena oħra minn ħajtek u għalhekk għaraf tajjeb dak li int verament tixtieq. Taħlix aktar żmien għax dak li titlef illum ma jiġiex għada.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Capricorn għalik Pisces se tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf eżatt liema huma dawk is-sitwazzjonijiet li din is-sena ma għandomx jibqgħu madwarek. Dan huwa mportanti biex int tkun aktar ikkonċentrat biss fuq dawk is-sitwazzjonijiet li verament jagħmluk stabbli. Għalhekk analizza dan sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste.
Tajjeb tkun taf ukoll li jekk int tkun trid iżjed informazzjoni kull ma għandek tagħmel huwa li tiktibli f’ittra postali fl-indirizz: PaulJon, "ILLUM" Po Box 27 Paola. Awguri u namaste.