Oroskopju | In-New Moon fiż-żodjaku ta' Aquarius

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Paul Jon mill-Ħadd 28 ta' Jannar sas-Sibt 4 ta' Frar

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April                                                                              

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Aries, se tkun ġimgħa li int trid tgħaraf l-aħjar triq għalik. Int ma tistax tibqa aktar f’salib it-toroq għax dan jista’ joħloq diversi konsegwenzi. Għalhekk issa għaraf biss fuq dik id-direzzjoni ideali sabiex it-tkattir tiegħek ikkompli jitwettaq.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 27 , 29 u 31. Namaste. 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                                        

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Taurus, se tkun ġimgħa inspirata fuq dak li int irnexxielek twettaq tul dawn l-aħħar xhur.  Għalhekk ikun tajjeb li tanalizza dan kollu biex minn issa 'l quddiem tkun kapaċi ssib l-aħjar soluzzjoni għall-miri li int għandek ippjanati.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 31 , 1 u 4. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                                       

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Gemini, se tkun ġimgħa li tagħmlek tippjana aħjar dwar l-organizzazjoni tiegħek. Taf li minħabba l-ħafna impenji li int għandek hemm bżonn ta’ skeda aktar organizzata. Għalhekk issa għandek dan iż-żmien biex tkun kapaċi twettaq skeda aktar idejali għal dak li int tixtieq.   

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 27 , 3 u 4. Namaste.                        

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                                          

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Cancer, se tkun ġimgħa ta’ għarfien aħjar tal-ħiliet tiegħek. Int issa tista’ tgħaraf liema kapaċità partikolari int se tkun qiegħed tħaddan l-aktar. Din tista’ tkun direzzjoni pożittiva kemm għal dak li int għandek ippjanat kif ukoll għal dak li hemm riesaq lejk. Analizza b’għaqal.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma 28 , 30 u 2. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                                   

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Leo, se tkun ġimgħa li tagħmlek tgħaraf kemm issa din ir-responsabbiltà li dħalt għaliha kemm se tkun qegħda tiftaħlek diversi toroq, toroq li qatt ma kellek esperjenza tagħhom fil-passat iżda żgur li int kapaċi taffaċja dak kollu li hemm ġej lejk. Għalhekk għaraf dan sew.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 29 , 31 u 1. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                          

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Virgo, se tkun ġimgħa ta’ għarfien profond ta’ kemm l-imħabba hi importanti li tkun ibbilanċjata aħjar. Minn meta int bdejt tibbilanċja l-imħabba tiegħek int bdejt tesperjenza aktar trankwillità madwarek u għalhekk issa li sibt dan int kompli miexi fuq l-istess linja.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 27, 2 u 4. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru                                                           

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Libra, se tkun ġimgħa ta’ aktar ħidma lejn it-tqassim aħjar dwar il-proġetti li int għaddej minnhom.  Int taf li b’dawn il-proġetti hemm ħafna ħsibijiet u deċiżjonijiet.  Għalhekk ikun tajjeb li tgħaraf it-tqassim tagħhom biex kollox jibqa' miexi kif finalment int tixtieq. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 28 , 30 u 1, Namaste.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru                                                      

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius għalik Scorpio se tkun ġimgħa li trid tkompli twettaq dik id-determinazzjoni tiegħek lejn it-tlajja li int għandek quddiemek. Għalkemm qiegħed tesperjenza dan int ma tridx taqta qalbek iżda trid iżid id-determinazzjoni biex turi kemm int persuna li kontra kollox tasal fejn tixtieq.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 29 , 31 u 3. Namaste.

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru                                             

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Sagittarius, se tkun ġimgħa li int trid tħejji għal dak it-tibdil li hemm riesaq lejk. Dan tajjeb li tgħaraf tħejji għalih biex ma jkunx hemm xi konsegwenzi li jistaw ifixklu l-proċess li int tixtieq. Għalhekk għaraf ħejji sew biex tadatta għal dan it-tibdil.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 30, 3 u 4. Namaste.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                                              

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Capricorn, se tkun ġimgħa ta’ għarfien profond lejn it-tqassim finanzjarju tiegħek.  Peress li kellek ħafna nfiq u minħabba dak li int esperjenzajt issa għandek twettaq analiżi profonda ta’ kif se tkun qiegħed tqassam il-bilanċ finanzjarju tiegħek u hekk int twettaq bilanċ aħjar.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.                                                                         
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma:  29, 2 u 30. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                                 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik l-istess Aquarius, se tkun ġimgħa fejn int trid tgħaraf issib aktar bilanċ għal ħin għalik innifsek. Int taf li qiegħed tesperjenza ħafna ħin kemm fil-karriera tiegħek kif ukoll f'impenji oħra. Għalhekk trid tieqaf ftit u tara kif tista’ toħloq bilanċ bejn dan il-ħin għalik innifsek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma : 30, 1 u 4. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                                           

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik Pisces, se tkun ġimgħa li tħares aħjar lejn is-saħħa tiegħek. Tajjeb tara kif tista’ taddata kemm il-mod tal-ikel tiegħek kif ukoll xi forma ta’ eżerċizju u hekk grazzi għal dan il-bilanċ int tkun kapaċi ż-żomm saħħtek f’livel stabbli.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik huma 29 , 31 u 3. Namaste.


Kompetizzjoni ma' Paul Jon - Irbaħ wieħed minn seba' rigali fosthom: 

  • Tlett Vouchers għall-pubblikazjonijiet ta’ PaulJon;
  • Tlett Vouchers għal trattamenti ta’ sbuħija jew fitness classes mingħand Graziella Miruzzi; 
  • Voucher għal pakkett ta' kristalli.  

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb din il-mistoqsija: Iż-żodjaku ta' Aquarius jintemm fid-19? fit-18? jew fis-17 ta’ Frar?                         

Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, " ILLUM"  Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste. 

More in Oroskopju