Oroskopju | Il-Qmura għaż-Żodjaku ta’ Pisces
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Paul Jon mill-Ħadd 26 ta' Frar sas-Sibt 4 ta' Marzu
Iż-żodjaku ta’ Pisces, bħal kull żodjaku, joffrilna l-qmura tiegħu kemm dak tal-qamar kwinta kif ukoll dak tan-new moon. Żewġ qmura b’kunċett differenti u f’direzzjonijiet differenti minn kull aspett. Kull żodjaku joffrilna dawn il-qmura biex jagħtuna dik l-enerġija pożittiva u dawk il-benefiċċji f’dak li jkun hemm meħtieġ fil-ħajja kompluta ta’ madwarna
Iż-żewġ qmura fiż-żodjaku ta’ Pisces huma l-aħħar qmura għal dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023 u għalhekk joffru aspetti importanti biex iwassluna lejn il-bidu tal-kalendarju żodjaku 2023-2024. Dawn iż-żewġ qmura joffrulna indikazzjoni ta’ dak li hemm riesaq lejna wara dan iż-żodjaku.
Id-dati tal-qmura ta’ dan it-12-il żodjaku ta’ Pisces huma t-Tnejn 20 ta’ Frar fejn esperjenzajna n-new moon waqt nhar it-Tlieta 7 ta’ Marzu nesperjenzaw l-aħħar qamar kwinta għal dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023.
L-aħħar new moon waqt dan iż-żodjaku ta’ Pisces se jkun parti importanti fil-missjoni ta’ diversi aspetti u dan se joffrilna aktar konċentrazzjoni diretta dwar dak li rridu naddattaw għal dawk id-direzzjonijiet li hemm bżonn nagħrfu. Ovvjament f’dan iż-żodjaku ta’ Pisces ma tantx jippermetti li naħlu ħin għax ħin mitluf bħalissa jaf jiswa ħafna għax xhur li ġejjin. Għalhekk irridu nkunu iffukati fuq dawk il-ħsibijiet, ideat, proġetti jew kwalunkwè deċiżjoni biex din l-enerġija pożittiva ta’ dan l-aħħar new moon tissaraf f’dik il-ħeġġa għal twettieq ta' aktar stabbiltà.
It-Tlieta 7 ta’ Marzu se nkunu qegħdin nesperjenzaw l-aħħar qamar kwinta waqt dan iż- żodjaku ta’ Pisces li ser ikun qiegħed iwasslilna qawmien mill-ġdid, aktar determinazzjoni u aktar iffokar lejn miri li jeħtieġu li jkunu konklużi. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aries, se jkun il-mument ta’ għarfien lejn dawk il-proġetti li waqajt lura minnhom minħabba raġunijiet li żgur ma kellikx kontrol fuqhom iżda issa reġa' għandek dak iċ-ċans li tħejji sew lilek innifsek biex dawk il-proġetti l-aktar meħtieġa, jkunu jistgħu jitwettqu għas-sodisfazzjon personali tiegħek. Analizza sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Taurus, se jagħtik iċ-ċans biex bir-ritmu tiegħek tkun tista’ tanalizza aħjar kemm il-karriera tiegħek kif ukoll il-madwar komplut tiegħek u b’hekk se jkun possibli li tirriffletti aħjar kif tista’ tqassam aħjar u dan biex il-ħajja tiegħek tkun waħda aktar stabbli għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il -ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Gemini, huwa dak il-mument ta’ riflessjoni profonda dwar dak li sa issa rnexxilek twettaq. Taf li l-motivazjoni tiegħek hija waħda ta’ determinazzjoni. Għalkemm xi kull tant issib il-mewġ iħabbat kontra tiegħek dan ma jżommokx milli tasal fejn verament tixtieq. Għalhekk wettaq u analizza aktar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Cancer, se jkun il-mument li taħtaf aktar dawk l-opportunitajiet li forsi ma kontx qiegħed tagħti wisq attenzjoni, opportunitajiet li jistaw jissarfu f’aktar stabbiltà fil-ħajja tiegħek, opportunitajiet li tista’ tintaqa ma’ persuni b’ideat ġodda li żgur tgħaraf li għandek bżonn f’dan il-mument. Għalhekk analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Leo, se jkun dak il-mument ta’ ispirazjoni li tul dawn l-aħħar ġimgħat kienet xi ftit nieqsa minn ġewwa fik. L-ispirazzjoni hija ferm utli għalik f’dan il-mument biex fejn kien hemm nuqqas dan issa jerġa jaqbad it-triq li tant int magħruf għaliha. Għalhekk ispira lilek innifsek b’mod profond.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Taurus. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces,għalik Virgo, se jkun dak il-mument li jagħtik ħin biżejjed biex tirrifletti sew dwar dak li hemm bżonn jitwettaq kemm fil-preżent u wisq aktar għal dak li int qiegħed tispira għal futur. Dan il-qamar jaf ikun dik iċ-ċavetta li int tgħaraf b’mod iddettaljat dak li int verament tixtieq u tħoss li huwa utli għalik. Analizza b’għaqal.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces għalik Libra se jwasslek aktar lejn ir-realtà. Għalkemm xi kultant tipprova taħrab ir-realtà issa f’dan il-qamar se tħoss li huwa l-mument opportun li taffaċja dak li tant ilek biex twettaq u dan wara se jagħmlek tanalizza kemm tlift żmien prezjuż li fiħ stajt esperjenzajt sitwazzjonijiet ferm aktar pożittivi.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Scorpio, se jkun mument ta’ kuraġġ. Għalkemm fil-preżent qiegħed taffaċja sitwazzjonijiet ikkomplikati dan il-qamar se jkun ta’ benefiċju għalik biex timtela b’dik id-determinazzjoni tant meħtieġa biex tasal fejn verament tixtieq. Għalhekk għandek iżomm lilek innifsek pożittiv biex dan il-mument tegħlbu u tgħaraf is-sodisfazzjon tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Sagittarius, se jkun il-waqt li tgħaraf issib aktar il- ħin għalik. Taf li minħabba l-ħidma li int għandek il-ħin għalik bħal qisu spiċċa. Għalhekk f’din il-fażi tal-qamar int se tgħaraf issib bilanċ għal dan il-ħin tant bżonjuż fil-ħajja tiegħek li żgur huwa meħtieġ.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Capricorn, huwa mument dwar kif se tkompli tagħti dik id-dehra bżonnjuża lill ambjent ta' madwarek. Int qiegħd tgħaraf li l-ambjent jeħtieġ dik id-dehra ideali kif tixtieqa int. Dan jagħmlek aktar komdu. Għalhekk issa kompli ikkonċentra biex issebaħ u ittejjeb l-ambjent ta' madwarek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aquarius, se jkun dak il-mument ideali biex tagħraf l-aħjar mument biex tagħti aktar importanza l-ħin ta’ mistrieħ. Taf li bħalissa qiegħed tħoss li dan huwa meħtieġ u dan jagħtik dik il-motivazzjoni biex tiġġenera aktar tkattir u tkabbir fl-istabbiltà tiegħek. Għalhekk ħejji għal dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik l-istess Pisces, huwa l-mument li int trid tagħraf tanalizza liema direzzjoni ideali għandek tieħu. Bħalissa bħal tħossok qiegħed f’salib it-toroq. Għalhekk grazzi għal dan il-qamar int se tgħaraf minn issa liema direzzjoni u liema triq għandek tieħu. Ovvjament trid tkun determinat u iffokat u twettaq riflessjoni profonda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Namaste.