Oroskopju | L-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon mill-Ħadd 12 ta' Marzu sas-Sibt 18 ta' Marzu 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aries, jista’ jkun dak il-waqt ideali li tanalizza l-qagħda finanzjarja tiegħek. Għalkemm int tgħaraf tikkontrolla sew il-finanzi tiegħek, dan l-aħħar bdejt tinnota ċerta laxkezza fl-infiq tiegħek u dan jaf joħloq żbilanċ finanzjarju fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk minn issa oħloq skeda għal aktar kontroll. Analizza.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.   
  • Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Taurus, huwa l-mument opportun għalik biex twettaq dak li tant ilek taħseb dwaru.  Ovvjament issa huwa dak il-mument ideali għalik u int se tkun mimli b’ħafna ħeġġa u determinazzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument biex dak li twettaq ikun is-suċċess li tant jagħtik stabbiltà għall-futur tiegħek. Analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Taurus huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Gemini, huwa l-mument ta’ għarfien aħjar lejn il-ħajja personali tiegħek. F’dawn l-aħħar xhur kont megħdi ħafna biex tara kif tagħmel lil dawk ta’ madwarek kuntenti u tara li ma jkunx jonqosom xejn iżda issa wasal il-mument li tgħaraf int x’għandek bżonn biex titkattar u tissaħħaħ. Irrifletti.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Cancer, se jkun dak il-waqt li ma taqtax qalbek għal dak it-tibdil li seħħ madwarek.  Ovvjament issa li qiegħed tesperjenzah trid tgħaraf aħjar kif għandek tikkombina. Kull tibdil li jseħħ madwarana jġib miegħu ċerta sagrifiċji, għalhekk bil-kapaċità li int għandek int trid taffaċja dan b’aktar qlubija.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Cancer huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Leo, se jkun dak il-mument li int trid verament tgħaraf liema hi l-aħjar direzzjoni għalik. Jekk ser tibqa bħal qisek tilgħab m'inti se tasal imkien. Dan żgur esperjenzajtu tul dawn l-aħħar ġimgħat. Għalhekk f’dan il-bidu taż-żodjaku ġdid għandek l-opportunitaà li int tagħżel dik id-direzzjoni ideali. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Leo huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Virgo, għandu jkun dak il-mument li jimliek b’aktar ħeġġa u determinazzjoni f’dak kollu li int għandek madwarek kemm mill-att ta’ karriera kif ukoll fl-imhabba. Dan jista’ jkun il-pont li jgħaqqad dak il-bilanċ li dan l-aħħar kien fuq żbilanċ. Għalhekk aħtaf dan il-mument.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak l-Erbgħa. 
  • Virgo huma magħrufin għall-abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Libra, huwa l-waqt opportun li tieqaf ftit mill-iskeda tiegħek biex tanalizza aħjar kemm dawk il-miri li sa issa rnexxielek tilħaq u biex tagħmel analiżi profonda dwar dawk il-miri li minħabba diversi raġunijiet ma rnexxilikx twettaqhom. Issa għandek tieħu pawża żgħira biex b’hekk tkun f’qagħda li tista’ tikkonċentra aktar.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Libra huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Scorpio, trid tidħol aktar fil-fond ta’ qalbek biex tanalizza dak li int esperjenzjat fil-passat fl-imħabba u dan peress li qiegħed tħossok li riesaq lejn l-istess esperjenza li għaddejt minnha fil-passat. Għalhekk int għadek fil-ħin li tgħaraf u tanalizza biex dan ma’ jerġax jiġri. Irrifletti. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbili tagħhom. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Dicembru 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Sagittraius, huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar lil dawk ta’ madwarek, tgħaraf aħjar il-kollegi tiegħek u tara kif tista’ tkompli it-tejjeb l-imġieba tiegħek magħhom kif ukoll ma’ dawk l-għeżież li int tant tħobb. Taf li hemm bżonn ta’ aktar għarfien, għalhekk wettaq dak li hemm meħtieġ. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal kemm huma nies umli. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Capricorn, huwa dak il-mument li tgħaraf li s-suppervja mhux se twasslek imkien. Huwa vera li int tħossok imweġġa' u dak li qiegħed tesperjenza mhux dak li ħaqqek iżda tnejn ħżiena ma jagħmlux waħda tajba u għalhekk f’dan il-bidu taż-żodjaku int għandek turi sinjal ta’ ħbiberija. Irrifletti.

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha. 
  • Capricorn huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik Aquarius, huwa dak il-mument ta’ għarfien lejn il-ħin għalik għal aktar ħin sabiex twettaq dak li huwa tant nieqes mill-ħajja ta’ madwarek speċjalment ħin ta’ relass, ħin ta’ mistrieħ jew altru. Int taf li dawn l-aħħar xhur ma tajtx spazju għalik u għalhekk ieqaf ftit u agħti nifs lilek innifsek. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Aquarius huma magħrufin għal flessibilta’ tagħhom. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik l-istess Pisces, se jagħtik iċ-ċans biex tgħaraf aktar fil-fond il-pożizzjoni tiegħek fil-ħidma li int qiegħed twettaq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tħoss jekk għandekx tieqaf u tibda esperjenza ġdida u dan għandu jkun ta’ sfida ġdida għalik. Għalhekk tajjeb li tagħmel rifflessjoni profonda. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Pisces huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste.

Kompetizzjoni ma' PaulJon

Irbaħ:   

  • Voucher għall-pubblikazjonijiet ta’ PaulJon jew
  • Voucher għal tratttamenti ta’ sbuħija jew fitness classes mingħand Graziella Miruzzi

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Iż-żodjaku ta’ Pisces jintemm fid-19, fl-20 jew fil-21 ta’ Marzu?

Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b’SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook "PaulJon13" Namaste.   

More in Oroskopju