Oroskopju | Il-qmura taż-żodjaku ta' Aries
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon mill-Ħadd 26 ta' Marzu sas-Sibt 1 ta' April
F’dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries f’dan il-bidu tal-kalendarju żodjaku 2023 - 2024, bħal kull żodjaku ieħor, se jkun qiegħed iwasslilna ż-żewġ qmura tiegħu kemm dak tan-New Moon kif ukoll dak tal-Qamar Kwinta. Żewġ qmura b’kunċetti differenti u f’direzzjonijiet differenti minn kull aspett.
Hekk li dawn iż-żewġ qmura se jkunu qegħdin iwasslulna dik l-enerġija u ispirazzjoni pożittiva meħtieġa fil-fażijiet rispettivi tagħhom, waqt li diġà esperjenzajna n-new moon nhar it-Tlieta, 21 ta’ Marzu, new moon li offrilna tliet aspetti interessanti li huma:
- Il-bidu tal-Kalenderju żodjaku 2023-2024;
- Il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries;
- U l-bidu tal-istaġun ġdid dak tar-rebbiegħa.
Il-benefiċċji li dan in-new moon se jkun qiegħed joffri liż-żodjaki ta’ Aries, ta’ Leo, ta’ Sagittarius, ta’ Libra, ta’ Cancer, ta’ Virgo u ta’ Gemini fejn dawn iż-żodjaki se jesperjenzaw diversi aspetti importanti fosthom aktar konċentrazzjoni diretta dwar dak li rridu naddattaw għal pożizzjoni tagħna.
Minn naħa tal-ewwel qamar kwinta se nkunu qegħdin nesperjenzawħ il-Ħamis 6 ta’ April qiegħed iwassal liż-żodjaki ta’ Aries, ta’ Leo, ta’ Sagittarius, ta’ Pisces, ta’ Capricorn, ta’ Scorpio, ta’ Taurus u ta' Aquarius żieda ta’ tama' għall-indipendenza tagħhom li forsi qiegħed taqta' lura minnha, se tibda ssib dik is-soluzzjoni meħtieġa, se jkun qawmien mill-ġdid, qawmien ta’ aktar determinazzjoni, qawmien aktar iffokat lejn miri li jinħtieġu li jkunu konklużi, jista’ wkoll jagħtik dik l-enerġija li żidlek aktar ritmu għal motivazzjoni. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik l-istess Aries, se jkun dak il-mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ippjanar personali u dan se jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettieq ta’ opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista’ tkattar aħjar l-istabbiltà tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
- Aries huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Taurus, se tagħraf li dak li kattart fil-karriera tiegħek sa issa, għandek bżonn tatih aktar attenzjoni profonda u ma toqgħodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Għalhekk, int għandek tibqa' iffokat 100% fuq dak li għandek madwarek. Irrifletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Gemini, se jkun dak il-mument li tgħaraf aktar ir-responsabbiltà li għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir-responsabbiltà li hemm riesqa lejk. Dan għall-fatt li f'dak li għażilt bħala direzzjoni ġdida poġġejt lilek innifsek f'aktar responsabbiltà u issa trid turi kemm int kapaċi.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Gemini huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Cancer, se jkun mument ta’ rifflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int se tkun tista’ tgħaraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa 'l quddiem u dan għandek twettqu bil-għaqal. Analizza sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Cancer huma magħrufin għas sensittività tagħhom. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Leo, se jkun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int ser kollok sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument biex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ kommunikazzjoni pożittiva. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Virgo, se jkun mument fejn se tibda tanalizza aktar kif ser tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek fejn dan l-aħħar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan se jibda jinbidel u se tibda terġa tara dik l-istabbiltà li int tant magħruf għaliha. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Virgo huma magħrufin bħala persuni b'moral effettiv ħafna. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Libra, se jkun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utli għalik u hekk se tgħaraf ukoll x'hemm bżonn li int trid tibda ittejjeb minn issa s-sitwazzjoni ta’ madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li se tkun qiegħed tieħu hi biex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Libra huma magħrufin għal gwida li kapaċi joffru. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Scorpio, se jkun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan ta’ proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan se twettqu fl-aħjar żmien possibli. Għandek tgħaraf ukoll kull possibiltà li dan il-pjan x'effett se jkun qiegħed iħalli madwar il-ħajja tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Scorpio huma magħrufin li jagħrfu jaddattaw għal kull sitwazzjoni. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Sagittarius, se jkun dak il-mument fejn trid tgħaraf iż-żomm kontroll dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji. Taf li issa trid iż-żomm ċertu bilanċ f'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek biex dan it-tkattir jimxi parallel ma’ tkomplija tal-ħajja tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jifhmu lil oħrajn. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries għalik Capricorn se jkun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzzjoni lejn id-direzzjoni li int issa ħadt. Jista’ jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni biex b'dak li int għaraft u ddeċidejt finalment iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Capricorn huma magħrufin għall immaginazzjoni tagħhom. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Aquarius, se jkun dak il-mument fejn il-karriera tiegħek se tieħu direzzjoni ġdida, ta’ aktar stabbiltà. Hekk int se tgħaraf kemm il-karriera li int tħaddan qegħda tavvanza 'l quddiem u b'dan se jinfetħulek bosta opportunitajiet, iżda dejjem kun ippreparat.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Aquarius huma magħrufin għall motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Aries, għalik Pisces, se jkun dak il-mument ta’ aktar tkattir b'dik il-ħeġġa ġewwa fik u li trid tkattar aktar il-kunfidenza ġewwa fik u dawn flimkien se jispirawk biżżejjed biex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Pisces huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste.