Oroskopju | Il-kristalli waqt iż-żodjaku ta' Aries
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 9 ta' April sas-Sibt 15 ta' April
F'dan l-ewwel żodjaku ta' Aries, se nwassal informazzjoni bażika dwar il-kristalli ikkombinati maż-żodjaku ta' Aries li huma ta' benefiċċju għalik, waqt dan il-perjodu. Dan biex nagħrfu aħjar dawn il-benefiċċji tant meħtieġa kemm għalik, kif ukoll ta' madwarek.
L-ewwel kristalla - Il-quartz: Din il-kristalla, f’dan l-istadju, se tkun qiegħda toffrilna dik il-kalmizza li tant wieħed għandu bżonn. Toffrilna li nagħrfu nikkontrollaw l-istress. Żgur li l-istress jaf jikkawża ċerta problemi kemm fiżiċi u mentali u għaldaqstant din il-kristalla tagħtinha l-għarfien biex nagħrfu nifhmu aħjar dak li jkun qiegħed iseħħ madwarana.
It-tieni kristalla - Rose quartz: Il-benefiċċju ta' din il-kristalla hija l-aktar ikkombinata għal sitwazzjonijiet diversi fl-imħabba. Din tista’ tintuża biex tkattar l-imħabba li nkunu qegħdin nesperjenzaw, tgħin ukoll fejn ikun hemm xi nuqqas biex terġa tagħti dik il-motivazzjoni meħtieġa.
It-tielet kristalla - Black Onyx: Din il-kristalla toffri ċertu benefiċċji li tqawwi l-enerġija ta’ madwarna u nkunu aktar enerġetiċi kemm mentalment u fiżikament. Din il-kristalla tagħti motivazzjoni biex nieħdu deċiżjoni bla telf ta’ żmien mingħajr ma nħossu dubji. Din tgħin ukoll biex nagħrfu lil dawk li nistgħu nafdaw jew le minn ta' madwarna. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik l-istess Aries, se tkun dik il-ġimgħa li issa int tista’ taqbad ir-rankatura lejn dawk il-miri prinċipali li għandek imħejjija. Huwa importanti li tgħaraf tkun organizzat biex kollox ikun imwettaq bi pjan u dan ikun ta’ tkattir għall-istabbiltà tal-futur tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Taurus, se tkun dik il-ġimgħa ta’ aktar għarfien lejn il-kapaċitajiet tiegħek. Din għandha tkun dik il-ġimgħa partikolari fejn int se turi l-kapaċità tiegħek fil-qasam li tinsab fih biex b’hekk tgħaraf tkun aktar rikonoxxut għal ħidma tiegħek. Wettaq rifflessjoni.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Gemini, se tkun ġimgħa fejn issa taf eżatt kif se twettaq it-tqassim tal-pjanijiet tiegħek. Għalkemm taf li għandek ħafna miri quddiemek, dan mhux se jkun qiegħed iżommok biex finalment int tasal fejn tixtieq. Għalhekk ħares 'il quddiem b’aktar kunfidenza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Cancer, se tkun ġimgħa li torganizza aħjar lilek innifsek. Int taf li sa issa għandek ħafna toroq, li dawn kollha jistgħu jagħtuk dik l-opportunità li int tant tixtieq. Iżda dan mhux se jkun possibli jekk int ma torganiżżax lilek innifsek aktar u b’hekk biss tilħaq il-miri tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Leo, se tkun ġimgħa ta’ għarfien lejn dik il-kunfidenza fik innifsek, li sa issa għadek ma sibtx. Dan jista’ jkun minħabba diversi raġunijiet li int qiegħed tesperjenza bħalissa, iżda int trid tgħaraf li għandek futur fil-karriera tiegħek. Għalhekk analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Virgo, se tkun ġimgħa li twettaq ċertu kalkulazzjonijiet minn dak li int sa issa esperjenzajt. Int trid tgħaraf twettaq skeda biex tkun kapaċi tqassam dak kollu li int għandek madwarek b’mod aktar ibbilanċjat u b’hekk int tkun kapaċi tgħaraf aħjar it-twettieq meħtieġ.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Libra, se tkun ġimgħa li int minn issa trid tagħraf aħjar dak li int vera tixtieq. Tul dawn l-aħħar ġimgħat esperjenzajt diversi opinjonijiet u għalhekk bejn dak li smajt u bejn dak li int tħoss ġewwa fik, issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Scorpio, se tkun ġimgħa fejn int trid turi aktar l-abbiltà tiegħek ghal dawk id-deċiżjonijiet li issa għandek quddiemek u żgur trid tgħaraf l-aħjar soluzzjonijiet għalihom. Int persuna li tgħaraf sew dak li huwa ideali għalik u dak li mhux. Għalhekk taqtax qalbek u wettaq.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Sagittarius, se tkun ġimgħa għal pawża biex grazzi għal din il-pawża int tkun tista’ tirrefletti u tgħaraf u taħseb sew int kif ser taddata lilek innifsek minn issa l-quddiem. Għaraf ħu l-ħin tiegħek biex dak li int tiddeċiedi minn issa jkun meħud b’għaqal. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Capricorn, se tkun dik il-ġimgħa li tkompli tissaħħaħ dwar dawk il-miri li int qiegħed twettaq. Għalkemm qiegħed tħoss ċertu pressjoni huwa importanti li tkompli għaddej biex int tkompli miexi fit-twettieq tiegħek. Dan huwa żmien importanti għalik u għalhekk għaraf sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Aquarius, se tkun ġimgħa ta’ aktar għarfien kemm dwar il-pożizzjoni tiegħek kif ukoll lejn liema direzzjoni int hemm bżonn li taqbad. Int ma tistax tħares lura iżda l-quddiem biss, biex dak li verament tixtieq iseħħ skont ir-rieda tiegħek biss. Għalhekk analizza sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-aħħar ġimgħa ta’ dan l-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik Pisces, se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tgħaraf aktar lilek innifsek. Wara li tajt u għamilt li stajt lejn dawk li int xtaqt tgħin, issa int trid iddur dawra madwarek u tara x’inhu l-aħjar għalik. Għaraf li dan ikun biss fuq dak li tixtieq int u mhux fuq dak li jista’ jkun impost fuqek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste.