Oroskopju | Il-bidu tat-tieni żodjaku ta' Taurus
L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon mill-Ħadd 16 ta' April sas-Sibt 22 ta' April
ll-kalendarju żodjaku 2023-2024 se jkompli l-mixja żodjaka tiegħu billi jdaħħalna fit-tieni żodjaku dak ta’ Taurus li jibda l-Ħamis 20 ta’ April u jintemm is-Sibt 20 ta’ Mejju. Dan iż- żodjaku, peress li jiġi wara żodjaku ta’ Aries, għandu importanza kbira għax fejn ikun hemm twettieq u stabbiltà dan iż-żodjaku jkompli jsaħħaħ. Dan filwaqt li fejn inkunu waqajna ftit lura, dan jagħtina dik il-motivazzjoni meħtieġa biex inkattru d-determinazzjoni u nwettqu dak li ma wettaqniex fl-ewwel żodjaku. Għalhekk il-kontinwazzjoni taż-żodjaku ta’ Taurus hija sinjifikanti ħafna għat-tkomplijja tal-mixja lejn dak it-tkattir meħtieġ.
F’dan it-tieni żodjaku dak ta’ taurus, is-simbolu tal-barri fl-astroloġija jissimbolizza bħala wieħed mill-aktar żodjaki li joffru intelliġenza, indipendenza u dedikazzjoni. Dan iż-żodjaku ta’ Taurus joffrilek ħbiberija bażata fuq onestà stretta u kull sigriet li jkun hemm fi ħdanu jinżamm mistur sal-mewt.
Iż-żodjaku ta’ Taurus huwa wieħed minn tlett żodjaki li jiffurmaw l-element tal-art biż-żewġ żodjaki l-oħra ta’ Virgo u ta’ Capricorn. Flimkien dan it-trio ta’ żodjaki joffri diversi aspetti sinjifikanti li jagħmel dan it-trio jispikka b’dak li joffri lil xulxin bħala l-istess element, iżda kif ukoll lil diversi żodjaki oħra fosthom iż-żodjaki ta’ Gemini, Cancer, Libra, Sagittarius u Aquarius.
Fost id-diversi benefiċċji li dawn it-tlett żodjaki joffrulna hemm il-ħeġġa meħtieġa li tkun naqset minn madwarna u joffru dawk l-ideat ġodda. Dawn ukoll huma żodjaki li flimkien jagħtuk dik l-attenzjoni sabiex iżomm saħħtek taħt il-lenti!
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aries, se tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf aħjar dik id-direzzjoni li tkun ideali għalik. Int taf li għandek opportunità sabiħa quddiemek iżda trid tgħaraf id-direzzjoni t-tajba. Għalhekk f’din il-ġimgħa partikolari wettaq rifflessjoni profonda biex tgħaraf liema hi l-aktar direzzjoni ideali għalik.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Cancer.
- Aries huma magħrufin għal idejat pożittivi li jafu joffru. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik l-istess Taurus, se tkun il-bidu ta’ fażi fejn issa int għandek dik l-opportunità li tkun kapaċi tkattar lilek innifsek minn kull angolu tal-ħajja. F’dawn l-erba’ ġimgħat int tista’ tkompli tejjeb fuq dak li int għandek biex dak li għandek fil-preżent tkompli tejjbu għall-futur tiegħek. Analizza.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Virgo.
- Taurus huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Gemini, se tkun dik il-ġimgħa fejn b’għaqal int trid tgħaraf tqassam kemm dak li int qiegħed tesperjenza kif ukoll ghal dak li hemm riesaq lejk. Tinkwetax jekk hemm bżonn twettaq skeda ġdida għax l-importanti huwa biss li int tgħaraf twettaq bilanċ tajjeb. Għaraf.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Capricorn.
- Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Cancer, se tkun ġimgħa fejn int trid tkun aktar kunfidenti. Int trid toħloq ambjent ta’ kunfidenza ġewwa fik biex grazzi għal din il-kunfidenza int tkun kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek lejn ir-responsabbiltà ġdida li hemm quddiemek u hekk biss int tista’ tikseb stabbiltà. Analizza.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Taurus.
- Cancer huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Leo, se tkun ġimgħa ta’ determinazzjoni fejn għalkemm fil-preżent int qiegħed tesperjenza xi ntoppi dan m’għandux iżommok milli tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. L-Għan tiegħek huwa wieħed biss, li tkattar id- determinazzjoni tiegħek u żgur li tasal fejn int tixtieq.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Scorpio.
- Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittivà. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Virgo, se tkun ġimgħa fejn se tgħaraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex waħda li int tixtieq. F’dawn l-aħħar ġimgħat int bdejt tħoss ġewwa fik li issa jista’ jkun wasal il-mument għall-bidla. Għalhekk issa huwa dak il-mument li tgħaraf il-pass 'il quddiem. Irriffletti.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Gemini.
- Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Libra, se tkun ġimgħa li minn issa 'l quddiem trid tkun aktar iffokkat lejn il-ħidma li fil-preżent għanda bżonn ta’ aktar attenzjoni tiegħek. Hemm bżonn tfihem dan lil ta’ madwarek sabiex b’dan l-appoġġ meħtieġ int tkun aktar kunfidenti biex b’hekk żgur tilħaq il-miri tiegħek.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Pisces.
- Libra huma magħrufin għal ħeġġa fit-twettieq ta’ dmirijiethom. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Scorpio, se tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek biex grazzi għal dan int tkun kapaċi taħseb aħjar u taddatta aħjar. Minħabba l-pressjoni li hemm iġġenerat madwarek int trid tgħaraf iżomm bilanċ bejn il-ħin għalik innifsek u l-ħin għal ħidma tiegħek. Analizza.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Leo.
- Scorpio huma magħrufin għal istabbilita’ tagħħom. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Sagittarius, se tkun dik il-ġimgħa li mill-esperjenzi li int kellek fil-passat, int trid tikkombina dak li huwa essenzjali. Grazzi għal dan tibni lilek innifsek aħjar kemm għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u wisq aktar għal dak li hemm riesaq lejk. Għaraf.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aquarius.
- Sagittarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Capricorn, se tkun ġimgħa fejn int trid tagħti ħarsa madwarek. Issa wasal il-mument li tgħaraf int xi trid u x’hemm ta’ bżonn għalik minn issa 'l quddiem. Iż-żmien ma jistenna lil ħadd u għalhekk għaraf sew il-ħtiġijiet tiegħek biex ħajtek tkompli titkattar.
- Iż-Żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aries.
- Capricorn huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Aquarius, se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta’ dak li seħħ madwarek f’dawn l-aħħar ġranet. Minn dak li seħħ, int issa trid tgħaraf sew kif se tħares lejn il-futur tiegħek u ma tistax toqod iżomm lilek innifsek f’salib it-toroq. Hemm bżonn li tieħu direzzjoni.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Libra.
- Aquarius huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik Pisces, se tkun ġimgħa ta’ tqassim aħjar bejn il-karriera, l-imħabba u l-bżonnijiet tiegħek. Inti taf li minħabba l-ħidma tiegħek qiegħed tesperjenza żbilanċ u għalhekk issa għandek iċ-ċans li terġa' takwista dak il-bilanċ meħtieġ biex ħajtek tkun f’stabbiltà pożittiva.
- Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Sagittarius.
- Pisces huma magħrufin għas sensittivita’ li joffru. Namaste.