Oroskopju | Il-bidu tat-tielet żodjaku ta' Gemini

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur Paul Jon mill-Ħadd 20 ta' April sas-Sibt 20 ta' Mejju 

Wieħed mill-aktar żodjaki li jiġbed l-attenzjoni fuqu bla dubju ta’ xejn huwa t-tielet żodjaku, dak ta’ gemini li fil-kalendarju żodjaku jigi t-tielet żodjaku u mhux is-sitt wieħed kif ħafna jaħsbu.

Iż-żodjaku ta’ Gemini fil-kalendarju żodjaku huwa meqjus bħala l-aktar żodjaku fl-oroskopju li jaqqad l-aspetti ta’ benefiċċji mat-tkomplija taż-żodjaki. Kif wieħed jagħraf, il-kalendarju żodjaku huwa maqsum bejn sitt żodjaki kbar u sitt żodjaki żgħar fejn dawn jerġgħu jinqasmu f’erba’ elementi u hawn ukoll iż-żodjaku ta’ Gemini huwa mpoġġi fl-aktar element wiesa' dak tal-arja, li meta wieħed jara fhiex jikkonsistu l-erba’ elementi li huma: L-arja, in-nar, l-art u l-ilma. Bla dubju l-arja hija l-aktar element li huwa mdawwar magħna.

Iż-żodjaku ta’ Gemini jibda l-Ħadd 21 ta’ Mejju sat-Tlieta 20 ta’ Gunju. Dan it-tielet żodjaku ta’ Gemini hemm ħafna x’tikteb dwaru minħabba li dan joffri ħafna aspetti interessanti. F’dan l-artiklu mhux possibli nikteb dan kollu iżda se nkun qiegħed inwassal dawk il-punti l-aktar li jistaw ikunu ta’ interess għalik li tagħmel parti minn dan it-tielet żodjaku ta’ Gemini.

Iż-żodjaku ta’ Gemini jifforma parti mill-element tal-arja li fih jaqqad ukoll iż-żewġ żodjaki dawk ta’ Aquarius u Libra. Ovvjament b’hekk wieħed jista’ jara kemm dan it-trio fejn joffrilek tlett żodjaki li flimkien joffri dik id- diversità. Ikompli

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Aries, se jkun il-bidu ta’ prova fejn int issa kapaċi tasal jew twassal dawk l-intenzjonijiet tiegħek. Issa t-triq tiegħek hija waħda tiegħek biss u ż-żmien li tiddependi fuq ħaddieħor intemm. Għalhekk analizza l-futur tiegħek sew.

  • Kuluri favorit ma’ Aries huma l-isfar u aħmar.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 21, 23 u 25. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Taurus, se jkun sinjal fejn għandha tkun id-direzzjoni tiegħek, jekk mhux aktar lejn l-imħabba jew lejn il-karriera. Dan il-mument kont taf li jrid jasal u kellek tkun imħejji sew għalih. Wettaq dan b’għaqal.

  • Kuluri favoriti ma’ Taurus huma lewn id-deheb u oranġjo.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 22, 24 u 29. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F' dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik l-istess Gemini, huwa dak il-mument li f’dawn l-erba’ ġimgħat li ġejjin taħt l-istess żodjaku tiegħek int trid tgħaraf twettaq dak kollu possibli li int tixtieq. Issa kull ġurnata għalik hija sfida biex isaħħaħ kemm lilek innifsek kif ukoll il-futur tiegħek.

  • Kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-griż u l-kannella.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dwan : 23, 25 u 27. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Cancer, se jressqek aktar lejn dak li int qiegħed tħoss ġewwa fik fl-imħabba. Dak li int qiegħed tesperjenza f’din ir-relazzjoni, int issa trid tgħaraf jekk hux vera tħoss dak in-nar li int tant tħobb.

  • Kuluri favoriti ma’ Cancer huma r-roża u l-abjad.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21, 22 u 26. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Leo, se jagħmlek tirriffletti aktar f’dak li sa issa f’dawn l-ewwel xhur irnexxielek u dak li ma rnexxilekx twettaq u għaliex ma wasaltx. Għalhekk f’din il-ġimgħa se twettaq rifflessjoni profonda biex tkun imħejji aktar tajjeb għal dak li hemm ġej.

  • Kuluri favoriti ma’ Leo huma l-blu u l-oranġjo.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 23, 24 u 28. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Virgo, se jkun mument li tgħaraf u tanalizza aħjar il-pjanijiet għax-xhur li ġejjin. Ovvjament trid tgħaraf issib bilanċ bejn il-karriera u l-ħin personali tiegħek. Żgur qiegħed tħoss li l-ħin għalik naqas u għalhekk ħejji lilek innifsek b’mod aħjar.

  • Kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-vjola u l-isfar.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 21, 24 u 25. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Libra, huwa l-mument ideali li tadatta skeda ġdida u dan biex int tkun tista’ tqassam aħjar il-ħidma tiegħek. Int qiegħed tgħaraf li din kullma tmur qegħda tevolvi u għalhekk biex ma titlifx il-kontroll wettaq skeda ideali għalik.

  • Kuluri favoriti ma’ Libra huma l-isfar u l-griż.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 23 , 25 u 27. Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Scorpio, huwa mument ideali biex tgħaraf aħjar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Dan huwa tajjeb biex fejn int qiegħed żbilanċjat tilħaq tħejji u tirranġa ċerta tibdil fl-infiq tiegħek. Dan żgur jagħtik stabbiltà għal futur aħjar.

  • Kuluri favoriti ma’ Taurus huma l-kannella u l-isfar.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 22, 24 u 28. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Sagittarius, se jkun qiegħed ippoġik f’qagħda aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Dan għandu jkun dak il-mument fejn int għandek tkompli tkattar din l-imħabba biex ovvjament deċiżjonijiet oħrajn li se jkollok twettaq ikunu mwettqa b’mod aktar trankwill.

  • Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-blu u l-oranġjo.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 21, 24 u 26. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Capricorn, huwa l-waqt ideali għal dik id-deċiżjoni li tant ilek biex twettaq, dik tal-bidla tad-dar. Issa huwa dak il-mument ideali biex twettaq din il-ħolma tiegħek fejn grazzi għal dan, ħajtek se tieħu nifs ġdid.

  • Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma l-blu u l-oranġjo.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn : 24, 26 u 28. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Aquarius, huwa mument li terġa' tibda tgħaraf dik il-ħbiberija li int kellek ma’ ħabib li sfortunatament minħabba taqlib li kien hemm fil-ħajja ta’ madwarek din il-ħbiberija kellha tintemm. Issa għandek iċ-ċans li terġa tagħqqad dan mill-ġdid.

  • Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-isfar u l-vjola.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 21, 23 u 27. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F'dan il-bidu tat-tielet żodjaku ta’ Gemini, għalik Pisces, huwa l-waqt li tgħaraf aħjar dak li int għandek. Issa trid tanalizza l-qagħda tal-madwar tiegħek b’mod aktar responsabbli. Ovvjament trid tgħaraf li l-ħajja ta’ madwarek inbidlet u għalhekk issa trid tgħaraf aħjar kif ser timxi 'l quddiem.

  • Kuluri favoriti ma’ Pisces huma l-blu u l-oranġjo.
  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 22, 25 u 28. Namaste.

More in Oroskopju