Oroskopju | L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Cancer
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 9 ta' Lulju sas-Sibt 15 ta' Lulju
IKOMPLI. L-ewwel kristalla: Rose Quartz, din l-ewwel kristalla marbuta ma’ dan iż-żodjaku ta’ Cancer toffri l-benefiċċju li twettaq bilanċ fl-imħabba li nkunu qegħdin nesperjenzaw. Grazzi għal din il-kristalla din tista’ tkun ta’ benefiċċju għal dak l-iżbilanċ barra li tagħtik ukoll l-armonija u d-determinazzjoni. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt.
It-Tieni kristalla: Opal tkattar il-fiduċja fik innifsek fejn minħabba xi sitwazzjonijiet li tkun esperjenzajt tkun naqqast minn dik il-fiduċja tant meħtieġa u din treġġek lura għal dik il-fiduċja meħtieġa. Din il-kristalla sservi wkoll għal 'cleansing' tagħna personali u dan minħabba diversi raġunijiet. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u s-Sibt.
It-Tielet kristalla: Aquamarine toffrilek il-benefiċċji li tagħtik aktar enerġija. Xi kultant nesperjenzaw dik l-għejja madwarna bħal eżempju ma nkunux f’qagħda tajba imma bħal qisu tinħass telqa. Din toffri wkoll l-għarfien biex issib aktar ħin għalik innifsek u għarfien għal saħħtek. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u l-Ħamis.
Ir-raba kristalla: Il-kristalla Moonstone hi marbuta purament ma’ dan iż-żodjaku ta’ Cancer u fost il-benefiċċji issib li din iżżommok lura minn dawk in-nervi li tista’ tkun għaddej minnhom sabiex dawn in-nervi jkunu ikkontrollati u żżomm il-kontroll tar-rabja u b’aktar kalmizza u raġunar, tajba wkoll għas-sess femminili waqt il-perjodu tat-tqala. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Aries, se jkun il-waqt ta’ aktar konċentrazzjoni dwar il-ħtiġijiet personali fejn minn issa trid issib dak il-ħin għalik għal rilass, taħriġ fiżiku jew f’dak il-passatemp li tixtieq. Analizza.
- L-aktar jum ideal għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Taurus, se jkun il-waqt li tiffoka ftit aktar fuq l-imħabba ta’ madwarek. Meta taf li għandek kollox organizzat fit-tqassim tal-ħidma tiegħek issa għaraf ikkonċentra sabiex b’hekk ir-relazzjoni tiegħek tkompli tissaħħaħ u titkattar kif finalment tixtieq.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Taurus huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Gemini, se jkun il-waqt sabiex torganizza għarfien aħjar għal ħin għal saħħtek. Minħabba l-pressjoni li fil-preżent int qiegħed tesperjenza trid tgħaraf iżomm is-saħħa tiegħek fl-aħjar kundizzjoni. Għalhekk wettaq attenzjoni profonda ħalli dejjem tkun fiżikament tajjeb.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Gemini huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik l-istess Cancer, huwa l-waqt ta’ attenzjoni lejn il-ħajja personali tiegħek. Int trid tgħaraf li għalkemm int persuna li tħobb tkun ta’ għajnuna għal oħrajn, dan ma għandux iżommok milli int tkun protett kontra kull intenzjonijiet mhux mixtieqa. Għalhekk ħejji lilek innifsek sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Cancer huma magħrufin għas-sensittivita’ tagħhom. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Leo, se jkun il-waqt li titkellem aktar dwar it-tqassim ta’ ideat li int għandek. Dawn l-ideat li qegħdin jiżviluppaw madwarek għandek bżonn tagħtihom aktar attenzjoni u għalhekk ikun tajjeb li int tibda tiddiskuti ma’ dawk li int tgħaraf il-gwida tagħhom.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Leo huma magħrufin għal-gwida li joffru. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Virgo, se jkun il-waqt li tgħaraf tieħu pawża żgħira u dan biex int tkun tista’ twettaq rifflessjoni profonda ta’ dak li qiegħed tesperjenza. Int ma tistax twettaq ċertu deċiżjonijiet jekk ma’ tkunx f’qagħda stabbli. Għalhekk grazzi għal dan, tkun f’qagħda ta’ rifflessjoni.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Tlieta.
- Virgo huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Libra, se jkun il-waqt li tanalizza l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek. Għalkemm int persuna li tgħaraf tħaddem sew il-finanzi tiegħek issa wasal dak il-waqt li tkun aktar iffokat u dan minħabba diversi infieq li hemm riesaq lejk.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Libra huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Scorpio, se jkun il-waqt li tkompli saħħaħ lilek innifsek lejn dawk il-miri prinċipali. Għalkemm tħoss li dawn qegħdin jintleħqu xorta waħda għandek tgħaraf tkun aktar iffokat sabiex ma’ jkun hemm l-ebda tarf li xi ħadd jista’ jfixkel dak li int tiħtieġ li twettaq.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Sagittraius, se jkun il-waqt li tagħmel rifflessjoni dwar l-imħabba li qiegħed tesperjenza fil-preżent. Għalkemm bla dubju tħoss li kollox miexi sew int trid tara li dak li esperjenzajt fil-passat ma jerġax ikun repetut fil-preżent.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Sagittarius huma magħrufin għal-immaġinazzjoni tagħhom. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Capricorn, se jkun il-waqt li tgħaraf tagħti attenzjoni fl-ambjent tiegħek. Issa għandek iċ-ċans li d-dar tagħtiha aktar attenzjoni u fejn hemm bżonn ta’ tbiddil toqodx tibża' iżda wettaq dak li hemm meħtieġ. Għaraf li l-bejta tiegħek hija l-post li jagħtik dik l-enerġija meħtieġa.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Capricorn huma magħrufin għal-motivazzjoni tagħhom. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Aquarius, se jkun il-waqt li tirrifletti dwar ħbiberija tal-passat li reġat feġġet madwarek. Issa li taf li tista’ tesperjenza aktar ħin f’din il-ħbiberija trid tara kemm din ser tkun ta’ effett fuq it- tkomplija ta’ ħajtek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Aquarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Pisces, se jkun għalik mument ta’ aktar motivazzjoni fil-ħidma tiegħek. Il-karriera tiegħek miexja l-quddiem tajjeb u għalhekk int trid tibqa motivat u ma tħalli l-ebda monotonija tersaq jew b’xi mod taffetwa dak li int teħtieġ li twettaq.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Pisces huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste.